“Flok ġibtilha l-fjuri lil ommna… se jkollna nippreparaw tiegħek”

  • Mej 14, 2018 09:35
  • Miktub minn iNews
"

    Ilbieraħ ġriet l-aħbar kerha li raġel ta’ 35 sena, Christian Camilleri, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u spiċċa biex tilef ħajtu.

    F’kumment li ħuh Jean Pierre Camilleri ta lil inewsmalta, qal “ marru l-pulizija d-dar u kien missieri li ċempilli biex jagħtini l-aħbar. Li għamilt wara mhux biex niġbor il-likes imma biex nuri x’kien ifisser għalija u għal familja tagħna.”

    Huwa qal dan waqt li rrefera għall-messaġġ li kiteb fuq Facebook li kien jgħid hekk “Ilbierah kienet l-aħħar lejla tiegħek għażiż ħija. Min kellu jgħidlu li s-separju għalik ħa jinżel. Ħallejtna wisq kmieni Christ. Kont dilettant tan-nar u tas-sajd għax fihom kont issib is-serħan u wenz. Kont maħbub minn ħafna kull fejn nmur il-każin jew sħabek jew tax-xogħol isaqsuni għalik mil-ewwel u jsemmuli l-praspar li kontu tagħmlu. Tina l-faraġ Chris għax flok ġibtilha l-fjuri lil ommna kif kont tagħmel kull sena se jkollna nipreparaw tiegħek.” 

    Lin, mhu ha ninsewk qatt!”

    Dan is-sit ħa l-kummenti ta’ dawk li qasmu miegħu xi esperjenza.

    Ħafna min-nies iddeskrivew lil Christian Camilleri bħala raġel dejjem bit-tbissima li difficli tinsiha, dejjem kien jara kif ser iferraħ lil ta’ madwaru b’hekk dejjem kien ikun mdawwar bin-nies mieghu. “Fejn hemm hu hemm il-ferħ. Diffiċli tinsa l-karattru speċjali li kellu.”

    Terence Cesare qalilna li “Christian jew kif kien magħruf magħna - ‘Lino’, kien dilettant tas-sajd, il-mużika u l-festi b'passjoni għan-nar tal-ajru.  Lino kien soċju attiv tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop u kien ukoll jitla regolarment jgħin il-post tan-nar.”

    Terence stqarr li l-iktar ħaġa li jibqgħu jiftakru f’Lino hu l-karattru ċajtier tiegħu. “Kull fejn imur dejjem issib lil xi grupp ta’ żgħażagħ mdawrin miegħu jfaqqaw id-daħk. Bniedem twajjeb, ferriehi, b’qalb kbira u ħabib ta’ veru.”

    “Il-ħajja ma kienetx ħanina miegħu – u avolja ħallina kmieni wisq, ċert li l-memorja tiegħu ser tibqa’tgħix magħna għal dejjem. Lin, mhu ha ninsewk qatt!,” temm jgħid 

    “Kont nafu peress li kemm jien u kemm ir-raġel konnha naħdmu nar ma’ St Joseph fireworks factory Kirkop. Konnha ngħaddu ħafna ħin ilkoll flimkien naħdmu u waqt xi waqfa ‘l hemm u ‘l hawn għal xi kikkra kafe hemm kien ikun Christian magħruf bħala Lino magħna fejn id-daħk kien ikun garantit tant kemm kien bniedem ferieħi u kien il-gost tiegħu jara lil ta’ madwaru kuntenti,” qaltilna Romina Baldacchino.

    “Christian kien ukoll bniedem sentimenali li jkun min ta’ quddiem biex jgħin. Finalment Christian jew aħjar il-Lino kif kien magħruf magħna tan-nar u tal-każin kien bniedem maħbub għax kien umli u ħabrieki. Jien ninsab żgura li mibki iva imma minsi qatt.” qalet emozzjonata.

    Bosta kkummentaw fuq il-midja soċjali li Christian kien bniedem “dejjem bi tbissima”

    Dan l-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija, għall-ħabta tal-10.00p.m. fi Triq Giuseppe Garibaldi, il-Marsa. Christian, residenti minn Ħal Kirkop, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tela’ fuq il-bankina u baqa’ dieħel f’siġra.

    Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp - Ħal Kirkop A.D. 1886, kitbet messaġġ dwar it-telfa tal-membru attiv fil-grupp pirotekniku tas-St. Joseph Fireworks’ Factory Kirkop.

    Huwa kitbu li “Il-“Lino”, kif konna nafuh, kien raġel dejjem bit-tbissima li dejjem kien jara kif ser iferraħ lil ta’ madwaru, u li kellu passjoni kbira għan-nar u l-festa ta’ San Ġużepp. Kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha b’mod speċjali lil ħuħ Jean Pierre Camilleri li huwa membru fil-kumitat ċentrali.”

    Fuq il-post tal-inċident issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma.

    Christian, li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Toyota Corolla ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

    Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0