L-Ispeaker jirrakkomanda lil One News jirrapporta li Simon Busuttil hu favur l-IVF u kontra s-surrogazzjoni

  • Mej 14, 2018 19:10
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li d-Deputat Parlamentari Simon Busuttil kien ilmenta mal-Ispeaker li hu kien ġie rappurtat bil-maqlub ta’ dak li qal fil-Parlament u dan b’riferenza għal diskors li kien għamel fil-Parlament dwar l-IVF, issa l-Ispeaker f’ruling li ta irrakkomanda lil One News biex jirrapporta li Simon Busuttil hu favur l-IVF skont il-liġi tas-sena 2012  imma kontra s-surrogazzjoni.

    Simon Busuttil kien qal  li “jien mill-ġdid nerġa’ nappella lill-gvern sabiex jerġa’ jaħsibha u ma jgħaġġilx. Din hi liġi sensittiva mmens li anke dawk fostna li huma ħafna, bħali, favur il-libertajiet ċivili għandhom diffikultajiet kbar u kif inhi se jivvotaw kontra. Jien nappella lill-gvern jieħu l-parir ġenwin tal-President tar-Repubblika biex jieqaf u jikkonsulta. Infakkru li aħna leġiżlaturi. Aħna m’aħniex Allat. Ma nistgħux aħna nagħmlu affarijiet li huma akbar minna. Bħal ma nagħtu xi dritt li jkollok tarbija meta la n-natura u lanqas alla ma jagħtihulek.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0