Se jkun reat kriminali jekk ma tisseparax l-iskart

  • Mej 14, 2018 19:45
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, iddikjara fil-Parlament li se jkun reat kriminali għal min jinqabad ma jisseparax l-iskart.

    Hu qal dan waqt li ken qed jagħlaq id-diksussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

    Spjega li Malta qiegħda lura ħafna fil-miri li ġew stabbilit f’dak li hu riċiklaġġ ta’ skart u qal li bilfors kellha ssir xi ħaġa  biex dawn il-miri jintlaħqu.

    Josè Herrera qal li l-iskema li ġiet imħabbra ta’ kif se jinġabru l-fliexken tal-plastik mhix biżżejjed fejn jidħol il-plastik. Spjega li se jitħabbru ukoll skemi ġodda fuq il-plastik.

    Il-Ministru qal li “jekk tara l-emissjonijiet ras għal ras, Malta hi l-inqas li għandha emissjonijiet fid-dinja.” Qal imma li Malta waqgħet lura fejn hu tnaqqis ta’ emissjonijiet u qal li dan hu minħabba l-fatt li Malta ma tantx tista’ tagħmel dan għax l-eknomija tagħna hi bbażata fuq is-servizzi. “Minn fejn se nnaqqsu l-emissjonijiet?”, sostna l-Ministru Herrera.

    Hu qal li ħafna mill-emissjonijiet ġejjin mit-trasport.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0