Żagħżugħ ta' 17-il sena jtajjar Pulizija, jaħbat f'vettura, u f'ħajt … Il-Pulizija fil-periklu tal-mewt … Iż-żagħżugħ jinqabad fl-għelieqi

  • Mej 15, 2018 08:52
  • Miktub minn iNews

    Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li aktar kmieni dalgħodu tajjar Pulizija u ħarab minn fuq il-post bil-vettura tiegħu qabel ma eventwalment ħabat ma’ karozza oħra u f'ħajt ġie arrestat mill-Pulizija ftit tal-ħin ilu.

    Jidher li ż-żagħżugħ qabad u beda jsuq il-karozza tat-tip Mercedes, u wara li tajjar lill-Pulizija f’Ħal Luqa saq b’mod perikoluż lejn Ta’ Kandja fejn spiċċa ħabat f’ħajt. Kien hawn li ż-żagħżugħ ħarab minn fuq il-post fl-għelieqi.

    Mill-informazzjoni li ksibna, minkejja li tajjar lill-Pulizija tat-traffiku, iż-żagħżugħ kaxkru għal diversi metri tant li l-uffiċjal tal-Pulizija jinsab fil-periklu tal-mewt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook