L-Ispettur Sandro Camilleri: “Itolbu, itolbu, u itolbu għall-għażiż Simon”

  • Mej 15, 2018 13:25
  • Miktub minn iNews

    “Itolbu, itolbu, itolbu għall-għażiż Simon.” Hekk qal il-President tal-Police Officers’ Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, b’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu meta żagħżugħ tajjar lill-kuntistabbli Simon Schembri u kaxkru għal diversi metri tul Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

    Wara ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena ħarab minn fuq il-post fejn laqat vettura oħra u eventwalment spiċċa ħabat f’ħajt fl-inħawi f’Ta’ Kandja. Huwa ħarab fl-għelieqi, bil-Pulizija jaqbduh ftit tal-ħin wara.

    Permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook l-Ispettur Camilleri irringrazzja lill-membri tar-Rapid Intervention Unit u tal-iSpecial Investigation Unit “li arrestaw f’ħin qasir lil dak li vilment u bi ħdura tajru u baqa’ jkaxkru u jgħaddi minn fuqu”.

    ARA WKOLL: Żagħżugħ ta' 17-il sena jtajjar Pulizija, jaħbat f'vettura, u f'ħajt … Il-Pulizija fil-periklu tal-mewt … Iż-żagħżugħ jinqabad fl-għelieqi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0