7,300 talba aktar ta’ riċerki bejn Jannar u Marzu meta mqabbel mal-2017

  • Mej 15, 2018 19:19
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli ħabbret li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena daħlu mas-7,300 talba aktar għar-riċerki meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017. F’konferenza tal-aħbarijiet fit-Taqsima tar-Riċerki fil-Belt Valletta, Julia Farrugia Portelli qalet li din iż-żieda ta’ 11% turi kemm il-proprjetà f’pajjiżna hija b’saħħitha.

    Julia Farrugia Portelli semmiet kif l-inċentivi li daħħal il-gvern, bħat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-first u second-time buyers, ir-restawr fuq djar antiki, u l-fidi ta’ ċnus, servew ta’ stimolu addizzjonali għal din l-indjustrija. Qalet li minkejja din id-domanda b’saħħitha, iż-żmien tal-ipproċessar minn Identity Malta niżel għal sitt ijiem—dan anke jekk li l-liġi tippermetti sa 10 ijiem ta’ ħidma.

    Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli ppreżentat 70 faxxiklu rrestawrat lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Il-faxxikli jiġbru fihom indiċi li ġew insinwati f’Għawdex bejn l-1902 u l-1930 u jinkludu dettalji ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà, separazzjonijiet, kawża mortis, fidi ta’ ċnus, u donazzjonijiet.

    Minħabba l-fatt li t-Taqsima tar-Riċerki tagħmel użu kontinwu minn dawn il-faxxikli, il-proċess ta’ deterjorament tagħhom kien wieħed avvanzat. Jirriżulta li sitt faxxikli kienu fi stat ħażin ħafna, u frott il-ftehim li hemm bejn Identity Malta u l-Arkivji Nazzjonali, ġew ikkonservati fl-awtentiċità tagħhom sabiex b’hekk ikunu jistgħu jitgawdew minn ġenerazzjonijiet futuri wkoll. L-ispiża biex sar dan kienet ta’ €6,000 u kienet koperta kollha minn Identity Malta, filwaqt li beda wkoll il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tal-istess faxxikli.

    Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet dwar kif dan se jissimplifika u jħaffef aktar il-proċessi għall-Għawdxin li jridu jixtru proprjetà f’Għawdex stess.

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din l-okkażjoni mhix waħda simbolika iżda tanġibbli u hu ta’ sodisfazzjon li l-poplu Għawdxi se jingħata lura parti mill-patrimonju rikk li ħallew missirijietna.

    Il-Ministru Caruana tkellmet dwar kif il-Ministeru għal Għawdex hu mpenjat u qed jikkollabora ma’ ministeri oħra biex Għawdex jingħata sehmu u dak li hu tiegħu. Semmiet kif grazzi għall-miżuri li implimenta l-gvern fis-settur tal-bejgħ tal-proprjetà, Għawdex ukoll qed igawdi mill-ġid li qed jinħoloq u dan għaliex il-gvern nieda skemi speċifiċi biex jinċentiva dan is-settur.

    Il-Ministru għal Għawdex semmiet kif matul dawn l-aħħar xhur, il-ħidma tal-Ministeru ħadet aktar spinta biex aktar servizzi jibdew jiġu offruti minn Għawdex stess biex jitnaqqsu l-iskariġġ u l-burokrazija żejda u titjieb l-effiċjenza. Il-Ministru Caruana fakkret kif bi ftehim ma’ Identity Malta, servizzi ġodda bdew jiġu mogħtija minn din l-aġenzija f’Għawdex stess u qalet li hemm il-pjan li servizzi oħra jibdew jingħataw minn Għawdex ukoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0