AĠĠORNAT: Jirreaġixxi iben il-kuntistabbli Schembri … Messaġġi mill-aktar deplerevoli b'rabta mal-inċident ta' dalgħodu

  • Mej 15, 2018 20:24
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: B'reazzjoni għall-messaġġi mill-aktar kundannabbli li tħallew fuq il-midja soċjali minn xi persuni tkellem iben il-kuntistabbli Simon Schembri, li filwaqt li wera s-sogħba għal dak li ġara lil missieru saħaq li huwa inimmaġinabbli kif ċerti persuni jiktbu tali messaġġi stupidi fuq il-midja soċjali. “Dan filwaqt li ninsabu inċerti dwar jekk hux se jqum mill-ġdid għada,” kompla jisħaq iż-żagħżugħ.

    “Missieri kien qed jagħmel biss xogħlu u waqqaf liż-żagħżugħ għax ma kienx liebes seatbelt biex jipproteġilu ħajtu…”

    AKTAR QABEL: “Lanqas nemmen il-kattiverja li teżisti.” Dan kien il-kliem tal-Ispettur Sandro Camilleri b'reazzjoni għall-messaġġi mill-aktar deplerevoli li persuni ħallew fuq il-midja soċjali b'rabta mal-inċident li seħħ kmieni dalgħodu u li ħalla lill-kuntistabbli Simon Schembri jissielet għal ħajtu.

    L-Ispettur Camilleri saħaq li filwaqt li membru tal-Korp qed jiġi operat u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu, “hawn persuni li qed jifirħu u li qed joħorġu l-odju u l-ħdura li għandhom fl-istonku tagħhom għalina.”

    Il-kuntistabbli Simon Schembri ndarab serjament wara li ttajjar u safa mkaxkar minn vettura misjuqa tat-tip mercedes misjuqa minn żagħżugħ ta' 17-il sena. L-inċident seħħ fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa għall-ħabta tas-7.40 a.m.

    Wara li ż-żagħżugħ kaxkar lill-kuntistabbli Schembri għal tul twil tat-triq huwa ħarab minn fuq il-post fejn laqat vettura oħra u eventwalment spiċċa ħabat f’ħajt fl-inħawi f’Ta’ Kandja. Huwa ħarab fl-għelieqi, bil-Pulizija jaqbduh ftit tal-ħin wara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0