Deputat jgħid li l-Gvern mhux l-“għadu tal-ambjent”

  • Mej 16, 2018 09:05
  • Miktub minn iNews

    Iċ-Ċerpersin tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp sostna li huwa nġust li jkun hemm min jiddeskriv lill-Gvern bħala “l-għadu tal-ambjent”.

    Alex Muscat kien wieħed minn diversi deputati li tkellmu fil-Parlament waqt li kompla jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.

    Id-deputat Laburista qal li huwa jifhem li l-Gvern jiġi ikkritikat u l-Oppożizzjoni tagħmel il-kritika imma hemm kritika ġenwina u dik li le.

    Huwa ċaħad li l-Gvern qed joħroġ il-permessi għall-iżvilupp qishom “pastizzi” kif sostna deputat Nazzjonalista fl-istess dibattitu u rrefera għall-għoti ta' permessi għall-pompi tal-petrol fejn sostna li fl-aħħar tliet snin inħarġu tliet permess li tnejn kienu għar-rilokazzjoni.

    L-eks-kunsillier Mosti qal li huwa ma jaqbilx ma' min jgħid li s-suċċess ekonomiku qed isir à skapitu tal-ambjent u saħaq li jista' jkollok żvilupp sostenibbi fejn l-ekonomija u l-ambjent jimxu 'l quddiem.

    Waqt li rrefera kif bil-qalba mill-power station li taħdem biż-żejt għal dik bil-gass u l-għeluq tal-power station tal-Marsa l-ġenerazzjoni saret iktar nadifa, Muscat semma wkoll il-bini għoli fejn qal li jaqbel mal-'high rise' sakemm dan ikun ippjanat bis-sens.

    Id-deputat tal-Gvern saħaq li tagħmel kemm tagħmel għall-ambjent qatt mhu biżżejjed madankollu nsista li huwa nġust li jkun hemm min jiddeskrivi dan il-Gvern bħala l-għadu tal-ambjent.

    Huwa appella biex dwar l-ambjent ma nkunux senzazzjonalisti imma jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat għax l-ambjent mhux tagħna imma tal-ġenerazzjonijiet futuri u xogħolhom huwa li jaraw li fil-futur ikun aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook