inewsmalta.com



Emre Can jirritorna mal-iskwadra ta’ Liverpool

  • Mej 16, 2018 20:40
  • Miktub minn iNews

    Il-midfielder internazzjonali Ġermaniż, Emre Can, ingħaqad mal-iskwadra Liverpool għal training camp, f’Marbella, bi preparazzjoni għall-finali tal-UEFA Champions League, li se tintlagħab fis-26 ta’ dan ix-xahar, kontra Real Madrid.

    Can ilu ma jilagħab minn Marzu, mindu sofra injury f’dahru fir-rebħa fuq Watford.

    Dan il-plejer ta’ 24 sena, irritorna mill-Ġermanja fejn mar għal trattament speċjali.

    Huwa ħa l-aħbar ħażina li ma kienx inkluż fl-iskwadra tal-Ġermanja għat-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Ġunju li għadda.

    Jekk Can ma jilħaqx ikun f’sikktu għall-finali, teżisti possibbiltá li ma jerġax jilbes il-flokk ta’ Liverpool hekk kif se jingħaqad ma’ Juventus.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook