Gareth Southgate jsejjaħ l-iskwadra Ingliża

  • Mej 16, 2018 20:46
  • Miktub minn iNews

    Meta l-coach nazzjonali, Gareth Southgate, ħabbar l-iskwadra ta’ 23 player tal-Ingilterra għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, huwa nkluda player wieħed li s’issa għadu qatt ma lagħab għal pajjiżu.

    Dan huwa d-difensur ta’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold, 19-il sena, li mindu daħal fit-team minflok Nathaniel Clyne, li kien weġġa’, għamel l-pożizzjoni ta’ right-back tiegħu.

    Id-difensur Gary Cahill reġa’ ġie msejjaħ waqt li hemm postijiet fuq l-ajruplan għar-Russja għall-kollega tiegħu ta’ Chelsea, Ruben Loftus-Cheek u għall-goalkeeper ta’ Burnley, Nick Pope.

    Kif kien imbassar ġurnata qabel ma tħabbret l-iskwadra, il-goalkeeper Joe Hart ta’ Manchester City u l-midfielder Jack Wilshere ta’ Arsenal, ma ġewx inklużi kif ukoll l-left-back ta’ Southampton, Ryan Bertrand.

    L-Ingilterra se tibda l-kampanja tagħha fir-Russja fit-18 ta’ Ġunju kontra t-Tuneżija qabel ma jiltaqgħu kontra l-Panama u l-Belġju.

    L-iskwadra kollha hija:

    Goalkeepers: Jack Butland (Stoke), Jordan Pickford (Everton), Nick Pope (Burnley).

    Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Li­verpool), Gary Cahill (Chelsea), Kyle Wal­ker, John Stones (Manchester City), Harry Maguire (Leicester), Kieran Trippier, Danny Rose (Tottenham Hotspur), Phil Jones, Ashley Young (Manchester United).

    Midfielders: Eric Dier, Dele Alli (Tottenham Hotspur), Jesse Lingard (Manchester United), Jordan Henderson (Liverpool), Fabian Delph (Manchester City), Ruben Loftus-Cheek (Chelsea).

    Attakkanti: Jamie Vardy (Leicester), Marcus Rashford (Manchester United), Raheem Sterling (Manchester City), Danny Welbeck (Arsenal), Harry Kane (Tottenham).

    Stand by: Tom Heaton, James Tarkowski (Burnley), Lewis Cook (Bournemouth), Jake Livermore (West Brom) u Adam Lallana (Liverpool).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook