L-ex-pumpier u bugħaddas li miet f’Malta deskritt bħala “ġentlom kbir”

  • Mej 17, 2018 10:44
  • Miktub minn iNews

    Il-bugħaddas ta’ 50 sena, Andrew Longden, minn Bollington li tilef ħajtu traġikament il-ġimgħa l-oħra, kien ukoll ex membru tat-tifi tan-nar.

    Huwa sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos ġewwa ċ-Ċirkewwa. 

    “Huwa kien pompier għal aktar minn 20 sena. Ġabar ħafna flus għall-karità. Fil-fatt huwa kien għadu kemm ġabar ammont ta’ flus biex jinxtraw id-defibrillaturi għar-raħal tagħna. Andrew kien ġentlom ta’ vera u jien b’unur kbir ngħid li niġi minnu.”

    Hekk qal John Longden, il-kuġin tiegħu f’kumment li ta lil inewsmalt.com. John qal li kienet ġurnata tassew ta’ niket kbir u li huwa kburi li kien jifforma parti mill-familja tiegħu.

    Fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li kitbu l-messaġġi ta’ kondoljanzi u ta’ niket meta saru jafu bil-mewt ta’ Longden.

    Għal Georgina Warner Andy kien l-ewwel persuna ma’ min iltaqat mis-servizz tan-nar f'jum ta’ reklutaġġ miftuħ f'Bollington. “Niftakar li tlaqt minn hemm bil-ħsieb li verament ridt nagħmlu x-xogħol. Huwa għamel impressjoni sabiħa ħafna.”

    Bosta kienu dawk li ddeskrivewh bħala persuna li dejjem bi tbissima u li qatt ma kien jgħid kelma ħażina dwar xi ħadd.

    Andrew ġie wkoll ippreżentat b’award Ċiviku fl-2016 għas-servizzi tiegħu lill-komunità mill-ex Sindku ta’ Bollington.

    Huwa kien parti mill-Bolton Area Divers, fejn kien tgħallem jogħdos. Il-klabb qal li madwar 20 membru tal-iskola tad-diving kienu fuq il-vjaġġ lejn Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook