inewsmalta.com



Mara tallega li sfat “aggredita” minn grupp ta’ irġiel fil-Marsa

  • Mej 17, 2018 12:24
  • Miktub minn iNews

    Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ ta’ mara li qed tallega li sfat aggredita minn grupp ta’ irġiel wara li skont hi laqtet xatba waqt li kienet miexja fiż-żona ta’ ħdejn l-Istallel fil-Marsa.

    Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tat-3.15 p.m., bil-mara, li għandha 30 sena tmur tirrapporta x’ġara ftit tal-ħin wara. 

    Dejjem skont dak li qalet il-mara ma' dan is-sit, x’ħin niżlet mill-karozza tagħha biex tfittex persuna ħalli tħallsu ta’ xi xogħol li ried jagħmlilha fuq il-karozza, laqtet xatba u ħareġ raġel għaliha. Allegatament inqala’ argument bejniethom u tgħid li bdiet miexja lura lejn il-karozza fejn magħha kellha tarbija ta’ sitt xhur. 

    Hija allegat li minn imkien ħarġu ħamest’irġiel li bdew jagħtuha bil-ponn u “sawtuha b’kemm kellhom saħħa” bit-tarbija mwerwra tibki fil-karozza. Allegat ukoll li ntuża fuqa t-tazer u li l-irġiel għamlulha xi ħsara fuq il-karozza.

    Hija rnexxielha taħrab minn fuq il-post u qed tallega li nsterqula madwar €1,000 fi flus kontanti, xi ġojjellerija u anke l-mobile phone tagħha.

    Kawża tal-ġrieħi li qed tgħid li sofriet, il-mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn inżammet lejl sħiħ hemmhekk.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook