Aktar minn €1M f’għajnuna finanzjarja lil assoċjazzjonijiet sportivi u atleti

  • Mej 17, 2018 12:40
  • Miktub minn iNews

    SportMalta ppreżentat total ta’ €1,049,738 f’għajnuna finanzjarja lil assoċjazzjonijiet u atleti individwali.

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u clubs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizzjattivi biex jiġġeneraw dħul.

    Kien għalhekk li l-gvern ħaseb biex idaħħal il-liġi ta’ kummerċjalizazzjoni ta’ artijiet sportivi sabiex jagħti libertà regolata lill-clubs u assoċjazzjonijiet biex jużaw l-artjiet fdati lilhom mill-gvern biex ikomplu jkabbru l-likwidità u jużawha biex l-isport tagħhom jikber.

    B’kollox kienu 118-il atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul din is-sena.

    Dawn jinkludu il-ħlas ghall-iskema tal-assistenzi ta’ SportMalta għall-2017 li jinkludi assistenza finanzjarja għal proġetti li jammontaw għal €931,876, Youth Development Scheme li tammonta għal €6,237, Flexi Training Scheme li tammonta għal €24,152, ittri ta’ impenn għall-2018 li jammontaw għal €192,000, assistenza lill-atleti tas-Synchro Academy li jammontaw għal €4,200, il-premjijiet u sussidji tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li jammontaw għal €18,485, assistenza lill-Għaqda Ġurnalisti tal-Isport għan-National Sport Awards li jammontaw għal €60,905, u assistenza lill-privat rigward special leave li jammonta għal €3,882.

    SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament.

    Waqt l-istess ċeremonja ġew ippreżentati wkoll 30 ċertifikat lill-coaches u ħaddiema ta’ SportMalta li spiċċaw il-kors tal-first aid b’suċċess.

    Dan il-kors ġie mfassal sabiex il-ħaddiema u coaches dejjem ikunu kapaċi jassistu persuni f’diffikultà fiżika waqt xi attività sportiva u anke fuq il-post tax-xogħol.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook