Il-President tiddiżassoċja ruħha minn grupp fuq FB

  • Mej 17, 2018 14:01
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca neħħiet lilha nnifisha minn grupp fuq Facebook li wħud mill-membri tiegħu allegatament għaddew kummenti ta' mibgħed lejn oħrajn.

    Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li nhar it-Tlieta fil-Parlament irrefera għall-grupp fuq FB bl-isem “Laburisti sal-Mewt” u lmenta li fuqu kien hemm Laburisti li qed jheddu lil dawk li ma jaqblux mat-twemmin politiku tagħhom.

    Huwa semma kif fost dawn kien hemm il-President Coleiro Preca u esprima d-diżappunt tiegħu għal dan bl-Ispijker Anġlu Farrugia jintervjeni u jgħidlu li r-regoli tal-Parlament iżommu lill-membri parlamenari milli jitkellmu b'mod negattiv fuq il-Kap tal-Istat.

    Waqt li rrikonoxxa dan, l-Avukat Azzopardi staqsa jekk hux sew li l-President tar-Repubblika tibqa' f'dan il-grupp li jxerred il-mibgħeda.

    Il-Kap tal-Istat, li bdiet żjara fil-Portugall, toħroġ tirreaġixxi fejn qalet li kienet sorpriża li isimha kien assoċjat ma' dan il-grupp u qalet li ħadet passi immedjati biex ma tibqax fih.

    Hija rrimarkat li l-isfortuna tar-realta li jgħixu fih dawk fil-ħajja pubblika hija li dawn isibu ruħhom fi gruppi mingħajr ma jkunu konxji tal-kontenut.

    Il-President żiedet li hija ma ssibhix diffiċli tiddiżassoċja lilha nnifisha minn dan il-kontenut u fakkret kif hija b'mod kontinwu tikkundanna kull tip ta' ibbuljar jew theddid li jsir fis-soċjeta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0