AĠĠORNAT: Il-GWU tagħti l-appoġġ tagħha għall-mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija

  • Mej 17, 2018 17:41
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt li ġej fl-10.00 a.m. fil-Belt Vlletta, il-Police Officers’ Union, il-Malta Police Association u l-Malta Association of Retired Police Officers, b’appoġġ u solidarjetà lejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija se jorganizza mixja ta’ solidarjetà.

    L-istqarrija konġunta bejn it-tliet assoċjazzjonijiet tgħid li l-mixja se ssir f’turija ta’ appoġġ għal dak li jsofru u jgħaddu minnu kuljum l-uffiċjali tal-Pulizija sabiex jaqdu mill-aħjar li jistgħu d-doveri tagħhom b’sogru għalihom u għall-qraba tagħhom.

    Id-deċiżjoni biex tkun organizzata din il-mixja ta’ solidarjetà ttieħdet jumejna wara l-inċident li ra lill-kuntistabbli Simon Schembri mit-Taqsima tat-Traffiku jittajjar u jisfa mkaxkar għal medda twila tul Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa, minn vettura tat-tip Mercedes misjuqa minn Liam Debono, ta’ 17-il sena.

    B’xorti tajba, wara diversi interventi mediċi li saru fuq il-kuntistabbli biex isalvawlu ħajtu, Schembri qaleb għall-aħjar.

    Il-mixja se tibda minn Pjazza San Ġorġ u tispiċċa quddiem il-Parlament u hija miftuħa għal kulħadd.

     

    Il-GWU tagħti l-appoġġ tagħha għall-mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija

     

    Il-General Workers’ Union se tagħti l-appoġġ kollu tagħha għall-mixja ta’ solidarjetà mal-membri tal-Korp tal-Pulizija li hi organizzata mill-unjins li jirrappreżentawhom. Dan qiegħda tagħmlu għax temmen li bħal kull ħaddiem ieħor f’pajjiżna l-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhom igawdu rispett lejn il-ħidma li jwettqu. Għaldaqstant hu inaċċettabbli li f’pajjiżna jibqgħu jseħħu każi ta’ aggressjoni fuq il-membri tal-korp tal-Pulizija.

    Għal din ir-raġuni, il-GWU tħoss li jeħtieġ li jintbagħat messaġġ kontra kull tip ta’ vjolenza fuq il-pulizija, u fuq kull min iservi biex iħares lill-pajjiż u liċ-ċittadini tiegħu. Il-GWU titlob lill-awtoritajiet biex jagħtu attenzjoni għal dan l-aħħar każ u jagħtu sinjal li mhux se jibqgħu jiġuttollerati każi simili billi jdaħħlu pieni aktar ħorox għal kull min jinstab ħati li b’xi mod attakka membru tal-korp tal-Pulizija.

    Hu għalhekk li l-GWU filwaqt li tikkonferma li se tattendi għal din il-mixja ta’ solidarjetà organizzata mill-POU-GWU, l-MPA u l-MARPO, tagħmel sejħa lill-organizzazzjonijiet u lill-pubbliku biex nhar is-Sibt filgħodu jingħaqdu magħha u juru s-solidarjetà tagħhom mal-membri tal-Korp tal-Pulizija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0