FILMAT: “Kien u jibqa' maħbub u popolari” … Tingħata l-aħħar tislima lil Christian Camilleri

  • Mej 17, 2018 14:31
  • Miktub minn iNews
"

    “L-ebda żmien mhu se jagħlaq din il-ferita tat-telf ta' Christian. Kelma tajba kien jgħidha dejjem u l-gost tiegħu kien meta jgħin lil xi ħadd. Kien u jibqa' maħbub u popolari.”

    Hekk qal il-konċelebrant waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Christian Camilleri, ir-raġel ta’ 35 sena li tard nhar is-Sibt filgħaxija tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Garibaldi l-Marsa.

    Huwa żied jgħid li Christian qatt ma naqas fih is-sens ta' umoriżmu. “Kellu għal qalbu ħafna s-sajd u l-logħob tan-nar. L-imħabba li Christian kellu lejn San Ġużepp kienet waħda kbira.”

    Il-Knisja Parrokjali ta' San Leonardu f'Ħal Kirkop kienet ippakkjata, b'diversi nies u membri minn diversi kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta' Ħal Kirkop ikunu preżenti. Kienet tinħass kommossjoni kbira u d-dieqa fost dawk preżenti kienet waħda evidenti.

    Fuq nota ta' niket spikkat il-karba taz-zija ta' Christian, li nstemgħet tibki t-telfa għall-għarrieda ta' dak li kienet tqisu bħala binha.

    “Lino” – hekk kif kien magħruf mill-ħbieb tiegħu tal-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop – kien maħbub ferm fil-lokalità, u kien deskritt bħala raġel dejjem bit-tbissima fuq fommu, li dejjem kien jara kif se jferraħ lil ta’ madwaru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0