L-inkjesta dwar il-mewt tat-tifla Niġerjana konkluża … ma tistax tiġi ppubblikata għalissa

  • Mej 17, 2018 15:10
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-rapport tal-inkjesta dwar il-każ tat-tifla Niġerjana Victoria Aluko ta’ 7 snin, li tilfet ħajjitha matul il-lejl tal-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018, ġie konkluż u kien ippreżentat lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Din l-investigazzjoni tmexxiet mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras.

    Fi stqarrija l-Ministeru qal li jinsab kommess li jippubblika dan ir-rapport ta' inkjesta fl-iqsar żmien possibbli. Żied jgħid li f’dan ir-rigward, minħabba li għaddejja inkjesta maġisterjali separata, ittieħed parir legali mingħand l-Avukat Ġenerali dwar meta għandha tiġi ppubblikata din l-inkjesta. 

    Fid-dawl ta' dan il-parir, ingħad li l-pubblikazzjoni se tkun posposta sakemm tintemm l-inkjesta maġisterjali, biex l-inkjesta maġisterjali, li l-proċess tagħha għadu ma ntemmx, ma tkunx preġudikata jew b'xi mod influwenzata. 

    Madankollu, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali tenna li se jkun qed jieħu konsiderazzjoni tal-kontenut tal-imsemmija inkjesta fejn jidħlu materji ta' natura amministrattiva b'mod immedjat.

    Fil-Parlament il-Ministru Michael Falzon kien żvela kif it-tifla Niġerjana mietet minħabba ‘aplastic anaemia’ u mhux minħabba xi forma ta’ malnutrizzjoni.

    'Aplastic anaemia' hija kundizzjoni fejn iċ-ċelloli jsofru ħsara u dan iwassal għal livell baxx ta' ċelloli ħomor u bojod.

    Il-Ministru Falzon kien saħaq li mhux veru li l-Gvern ipprova jgħid jew qal li t-tifla kienet taħt il-kura tas-Sorijiet Dumnikani u sostna li lanqas mhu veru li d-dar fejn kienet tgħix il-familja Niġerjana kienet immexxija mill-Appoġġ.

    Huwa qal li bħala stat ta' fatt it-tifla kienet tgħix mal-familja tagħha b'mod indipendenti fi proprjetà li provdewlhom is-Sorijiet Dumnikani ta' Ħaż-Żabbar.

    Falzon kien ikkundanna wkoll min jipprova jpinġi xi diżgwid bejn il-Gvern u L-Knisja dwar il-ħidma fil-qasam soċjali u waqt li sostna li qed jaħdmu ħafna flimkien insista li qed iħarsu biex jaħdmu aktar u aħjar.

    Il-Ministru Falzon ċaħad ukoll li t-tifla kienet taħt 'care order' meta seħħ l-inċident u semma kif minn testijiet tad-demm li saru fuq iż-żewġ ħutha ma hemm ebda evidenza ta' malnutrizzjoni.

    Huwa għamilha ċara wkoll li l-Pulizja hija involuta f'dan il-każ bħala parti mill-inkjesta maġisterjali u mhux għax hemm xi suspett ta' 'foul play’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0