It-teknoloġija ‘blockchain’ għat-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku Malti

  • Mej 17, 2018 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    “It-teknoloġija blockchain hi parti essenzjali mill-istrateġija tat-teknoloġija nazzjonali tagħna li se twassal għal trasformazzjoni ta’ setturi differenti fil-Gvern.”

    Hekk sostnal-Ministru Ian Borg filwaqt li ħabbar sħubija ma’ Omnitude – pjattaforma għal Multi-Enterprise Blockchain Middleware. Il-ftehim jifforma parti mill-istrateġija tal-Gvern fir-rigward tal-blockchain, li mistenni jwassal biex din it-teknoloġija tiġi implimentata fl-operat tas-servizz tat-trasport pubbliku Malti u biex tiġi żviluppata pjattaforma b’din it-teknoloġija.

    Kmieni din is-sena l-Gvern approva strateġija għall-blockchain li permezz tagħha Malta saret wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li għandha strateġija f’dan il-qasam. Il-blockchain hi teknoloġija kkonsidrata bħala l-pedament għar-rivoluzzjoni industrijali li jmiss u toffri effiċjenza u tiffranka l-ispejjeż. Fil-bidu, il-Gvern se jkun qed jaħdem ma’ Omnitude biex jiżviluppa titjib ġenerali fl-affidabilità tas-servizz tat-trasport. L-aħbar tal-lum se twassal għal aktar innovazzjoni bl-użu ta’ teknoloġija middleware mingħand Omnitude.

    Riċentement, Omnitude kienet ukoll imħabbra bħala msieħba teknoloġika fil-Formula 1, bi sħubija ma’ Williams Martini Racing għal analiżi tal-benefiċċji li l-blockchain jista’ joħloq għal proġetti avvanzati tal-inġinerija – l-ewwel użu tal-blockchain fil-Formula 1.

    Min-naħa tiegħu, il-Ministru Borg qal li “aħna nemmnu fit-teknoloġija blockchain ta’ Omnitude u fil-use-cases għall-Gvern. Aħna naraw il-potenzjal tagħha f’varjetà ta’ dipartimenti governattivi u se tippreżenta ruħha bħala pjattaforma teknoloġika li hi pedament, bħala parti mill-impenn tagħna li nimbottaw l-innovazzjoni ’l quddiem. Se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja filwaqt li ttejjeb l-aċċess għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Maltin. It-teknoloġija blockchain hi parti essenzjali mill-istrateġija tat-teknoloġija nazzjonali tagħna li se twassal għat-trasformazzjoni ta’ setturi differenti”.

    Il-kap eżekuttiv ta’ Omnitude, Chris Painter sostna li “gvernijiet madwar id-dinja qegħdin jibdew jaraw il-potenzjal tal-blockchain biex jiffrankaw l-ispejjeż u jissimplifikaw is-servizzi. Malta għandha gvern tassew progressiv u ninsabu ħerqanin bil-potenzjal li din is-sħubija ġġib magħha. Bħala teknoloġija middleware, il-use-cases potenzjali ta’ Omnitude huma vasti u aħna lesti biex naħdmu mal-Gvern Malti ħalli nesploraw il-kapaċitajiet tal-ekosistema blockchain b’bażi wiesgħa li għandha Omnitude”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0