Is-Sindku ta’ San Ġiljan: L-iżviluppatur wegħedni li se jagħmel mill-aħjar biex isolvi l-problema

  • Mej 17, 2018 18:44
  • Miktub minn iNews

    B’reazzjoni għall-każ ta’ tniġġis fil-baħar ta’ San Ġiljan, is-Sindku Guido Dalli qalilna li diġà tkellem mal-iżviluppatur involut li wegħdu li se jagħmel mill-aħjar biex isolvi din il-problema.

    Is-Sur Dalli semma wkoll kif wara li l-kunsill ressaq l-ilmenti li rċieva mingħand ir-residenti, li sa din il-ġimgħa stess ċemplu jinformawhom li kien hemm trabijiet li qegħdin jispiċċaw fil-baħar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħadet il-passi meħtieġa biex twaqqaf dan it-tniġġis.

    Filwaqt li spjegali bħalissa hemm konċentrazzjoni qawwija ta’ xogħlijiet għaddejjinf’din il-lokalità, hu saħaq li l-ikbar problema u inkonvenjent qegħdin jiffaċċjawhom ir-residenti.

    Fil-ħarġa ta’ l-orizzont ta’ għada tistgħu taqraw iżjed dwar dan il-każ u oħrajn fejn qiegħda tikber ir-rabja minħabba inkonvenjenti simili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook