L-ibliet u rħula Maltin interessati fil-fondi Ewropej għal WiFi b’xejn

  • Mej 17, 2018 20:28
  • Miktub minn iNews
"

    Il-maġġoranza tal-ibliet u l-irħula Maltin irreġistraw għall-iskema WiFi4EU, biex permezz tagħha jingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea ħalli jkunu jistgħu jħallsu fornituri tal-internet għal infrastruttura tal-WiFi b’xejn għall-pubbliku.

    Rapporti fuq midja barranija jindikaw li kien hemm mas-17,000 belt u raħal madwar l-Ewropa li applikat għal dawn il-fondi. Madankollu, qed jiġi rrapportat li se jkunu biss 2,500 belt jew raħal li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi.

    L-ewwel sejħa għall-proposti nfetħet nhar it-Tlieta fejn il-preferenza jidher li se tingħata lil dawk li kienu saħansitra rreġistraw minn qabel.

    Min-naħa tal-ibliet u l-irħula Maltin jirriżulta li kien hemm ħafna interess u ħafna rreġistraw minn qabel. Anke postijiet bħal Sqallija u l-Kroazja wrew interess konsiderevoli. Min-naħa l-oħra, postijiet bħar-Repubblika Ċeka, in-nofsinhar tal-Greċja u l-Ingilterra ma tantx urew interess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0