L-avukat ta’ Salah se jiftaħ kawża ta’ €1 biljun kontra Ramos

  • Mej 28, 2018 15:36
  • Miktub minn iNews

    L-avukat tal-attakkant internazzonali Eġizzjan ta’ Liverpool, Mo Salah, se jiftaħ kawża legali ta’ €1 biljun kontra d-difensur internazzjonali Spanjol ta’ Real Madrid, Sergio Ramos wara li dan tal-aħħar ikkommetta foul ikrah bil-konsegwenza li l-istess Salah kellu jħalli l-ground wara 20 minuta kif ukoll hemm riskju kbir li jitlef il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab matul ix-xahar id-dieħel.

    L-istazzjon televiżiv nazzjonali Eġizzjan ħabbar li l-avukat, Bassem Wamba, bagħat ilment lill-FIFA u akkuża lil Ramos li huwa kkommetta dan il-foul ikrah b’mod premediat biex ikkawża ħsara fiżika u psikoloġika lil wieħed mill-aqwa plejers tal-Eġittu li fi ftit ġranet oħra kellu jirrappreżenta lil pajjiżu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.

    “B’mod mill-aktar intenzjonat Ramos ikkommetta foul ikrah bil-konsegwenza li żlogalu l-ispalla u għaldaqstant b’xi mod irid jiġi kkastigat għall-azzjonijiet tiegħu.

    “Iva. Jien ftaħt kawża legali u ressaqt l-ilmenti tiegħu quddiem il-FIFA.

    “Qed nitlob għal kumpens li ma jaqbiżx il-€1 biljun għall-ħsara fiżika u psikoloġika li Ramos ikkommetta lill-poplu Eġizzjan.”

    L-avukat Wahba sostna wkoll li jekk dan il-kumpens jintrebaħ, il-flus kollha jmorru għall-Fond tal-Eġittu.

    F’dan l-inċident ir-referee, Milorad Mazic, ma saffar għall-ebda foul iżda bosta huma dawk l-opinjonisti li sostnew li Ramos kellu jitkeċċa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0