Wara l-vot favur l-abort fl-Irlanda … Robot se jqassam pilloli tal-abort f’Belfast

  • Mej 31, 2018 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Makkinarju teknoloġiku f’forma ta’ robot se jibda iqassam pilloli ta’ l-arbot lin-nisa f’Belfast, fl-Irlanda ta’ Fuq. Dan ir-robot se jkun ikkontrollat mill-Olanda bil-għan li jkun mħarsa n-nisa kollha li jieħdu din il-pillola milli jittieħdu passi legali kontrihom. Din l-aħbar ħarġet ftit ġranet wara li l-poplu Irlandiż ivvota favur il-legalizzajoni ta’ l-abort.

    Azzjoni mill-Women on Waves bil-kollaborazzjoni ta’ Women on Web u ROSA Northern Ireland qed tittieħed bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar il-limitazzjonijiet fil-liġi ta’ l-abort u l-prosekuzzjonijiet kontra n-nisa fl-Irlanda ta’ Fuq. Fi stqarrija maħruġa minn Women on Waves ġie rrapportat li l-Iralnda ta’ Fuq ma tistax tkompli tikser id-drittijiet tan-nisa tal-post.

    Grazzi għall-użu tar-robot, il-pilloli ta’ l-abort jistgħu jitqassmu lin-nisa fl-Irlanda ta’ Fuq mingħajr ma jkunu qegħdin jiksru l-liġi bl-‘iskuża’ li l-operat ta’ dan l-appart teknoloġiku se jkun qed isir fl-Olanda.

    Jekk Irlandiża tkun tqila u tieħu l-pillola ta’ l-abort tkun qiegħda tikser il-liġi. L-istqarrija tgħid li din l-informazzjoni hi waħda kunfidenzjali u huwa ksur tad-drittijiet umani jekk mara tiġi sforzata tagħmel eżami tat-tqala.

    Ftit ġranet ilu l-poplu Irlandiż ivvota favur il-legalizzazzjoni ta’ l-abort u Women on Waves qed tisħaq li l-Irlanda ta’ Fuq ma tistax tkompli tiċħad lin-nisa mid-drittijiet tagħhom.

    Dan ir-robot ta’ l-abort huwa mezz ieħor teknoloġiku li qegħdin jirrikorru għalih in-nisa fl-Irlanda ta’ Fuq biex isibu ‘loopholes’ legali biex jipproteġu d-drittjiiet tagħhom.

    Ir-robot se jkun f’żewġ postijiet - f’Amsterdam u ieħor f’Belfast, fl-Irlanda ta’ Fuq. Hu se jqassam pilloli ta’ l-abort barra l-qorti ta’ Belfast f’nofsinhar (ħin tar-Renju Unit) u fis-1.00 ta’ wara nofsinhar (ħin Olandiż).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0