inewsmalta.com



Jibżgħu jmissu tifel ta’ 10 xhur minħabba l-kundizzjoni tiegħu

  • Ġun 09, 2018 14:08
  • Miktub minn iNews

     

    “Ħafna min-nies jibżgħu jmissu t-tifel tiegħi.” Oscar Langham, li għandu 10 xhur, għandu marda rari (Langerhans’ cell histiocytosis) li tikkawża ammont kbir ta’ ponot f’ġismu kollu, fosthom fi lsienu u f’għajnejh.

    Ir-raxx fuq ġismu qisu dak ta’ ġidri r-riħ u kull ġurnata li tgħaddi dejjem jiggrava. 

    Il-kundizzjoni hija tant rari li madwar 50 tifel u tifla fis-sena jiġu ddijanjostikati biha.

    Tant il-ġilda tiegħu qegħda f’kundizzjoni kritika li n-nies jibżgħu jmissuh għax jaħsbu li huwa kuntaġjuż.

    “Għall-ewwel aħna ma rrealizzajnix li kien hemm xi ħaġa ħażina. Ħsibna li kienet xi ħaġa normali bħal raxx tat-tarbija tat-twelid imma minn dak iż-żmien dawn il-ponot baqgħu jigravaw.

    Ommu rrakkuntat li l-biża tan-nies tibqa’ dejjem hemm. Fil-fatt darba fil-Milied waqqfu lil Oscar milli jmur qrib Father Christmas għax ħasbu li kien kontaġjuż.

    Din il-kundizzjoni tfisser li Oscar għandu għadd kbir ta’ problemi oħra, fosthom il-fwied u l-milsa mkabbra u sistema immunitarja dgħajfa minħabba li ċ-ċelluli tad-demm u l-mudullum tiegħu ma jirriproduċux kif suppost.

    Jekk il-ponot ikompli jikbru fuq wiċċu, dan jista jwassal li Oscar jitlef id-dawl t’għajnejh.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook