Qassisin b’akkużi ta’ abbużi sesswali… inħarġu fuq leave u wara ntbagħtu f’parroċċi oħra

  • Ġun 09, 2018 20:10
  • Miktub minn iNews
"

    Meta omm ilmentat li r-Reverendu Norbert F. Orsolits kien abbuża minn binha, id-Djoċesi ta’ Buffalo bil-kwiet bagħtu għal terapija mentali u niżżlitu bħala li ‘qiegħed bil-leave’.  Ġara li ftit xhur biss wara, id-djoċesi bagħtet lil dan l-istess qassis f’parroċċa ġdida, f’liema parroċċa aktr tard kien akkużat li abbuża minn żewġ subien oħra.

    Dan joħroġ minn investigazzjoni ġurnalistika li saret minn The Buffalo News, f’liema investigazzjoni ħaret li ma kienx Orsolits biss li ħareġ fuq leave u wara intbagħat f’parroċċa oħra.   Mill-investigazzjoni li saret instab li bejn is-sena 1973 u s-sena 2000 kien hemm 11-il qassis  li kienu fuq ‘leave’ imma li imbagħad intbagħtu f’parroċċi oħra biex iservu. Minn ta’ l-inqas tlieta minn dawn il-11-il qassis kienu trattati f’Southdown Institute, li hi faċilità ta’ saħħa mentali f’Toronto u li titratta persuni li jkunu akkużati li abbużaw minn tfal.

    Orsolits kmieni din is-sena kien ammetta li immolesta ‘probabilment tużżani ta’ subien’. Quddiem dan ir-rapport l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Buffalo Richard J. Malone qal li din il-prattika intemmet  fis-sena 2002, meta id-Djoċesi adottat il-pożizzjoni ta’ tolleranza żero għal każi bħal dawn.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0