inewsmalta.com



Demmu salva iktar minn żewġ miljun tarbija

  • Ġun 09, 2018 20:32
  • Miktub minn iNews

    Raġel Awstraljan ta’ 81 sena, li d-donazzjonijiet tad-demm tiegħu salvat il-ħajja ta' aktar minn żewġ miljun tarbija, għamel l-aħħar donazzjoni tiegħu.

    Id-demm ta’ James Harrison salva aktar minn żewġ miljun tarbija u għen biex titnaqqas ir-rata ta' mortalità tat-trabi fl-Awstralja.

    Huwa kien ilu jagħti d-demm mill-1960, bit-total ta’ 1,173 donazzjoni.

    "Hija ġurnata iebsa għalija," qal lill-ġurnalisti waqt li kien qiegħed f'nofs l-aħħar donazzjoni.

    Magħruf bħala "il-bniedem bl-idejn tad-deheb", Harrison ilu jagħti donazzjoni tad-demm minn meta kellu 18 il-sena. F’nofs is-sittinijiet it-tobba fl-Awstralja skoprew li d-demm tiegħu kien fih antikorp mhux tas-soltu li jista’ jintuża biex jipprevjeni kundizzjoni tad-demm fi trabi magħrufa bħala marda ta’ rhesus, li hija marda rari u potenzjalment fatali.

    Fil-qosor, il-medikazzjoni ma kinitx tkun possibbli mingħajr Harrison, u nies bid-demm bħal tiegħu. It-tobba jemmnu li l-fatt li Harrison irċieva trasfużjonijiet multipli tad-demm bħala tifel jista’ jkun il-kaġun li għamel id-demm tiegħu daqshekk adattat biex jipprevjeni l-marda.

    Forsi l-aktar divertenti hija li Harrison għamlet dan kollu waqt li kellu biża’ kbira bil-labar. Huwa ta total ta’ 1,173 donazzjoni: 1,163 minnhom mill-id il-leminija, u 10 mill-id xellugija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook