[AĠĠORNAT] Delia jgħid li “n-negozjanti qed joħolqu l-ġid u l-Gvern qed joħloq il-faqar” … Il-PL: "Dellirju ta’ negattivitÓ minn Kap li mhux iħossu fdat"

  • Ġun 10, 2018 12:20
  • Miktub minn iNews
"

    “In-negozjanti qed joħolqu l-ġid u l-Gvern qed joħloq il-faqar.” Hekk saħaq il-Kap Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’intervent li għamel fuq l-istazzjon tal-PN.

    Fost oħrajn Delia għamel referenza għas-surplus li qed ikun reġistrat minn pajjiżna, iżda liema ġid huwa qal li mhux qed jasal għand in-nies. Irrefera b’mod partikolari għal kif il-faqar qed ikompli jerfa’ rasu, b’wieħed minn kull għaxra li ma kienx qed jasal biex iħallas il-pagament tal-kera jew tal-loan tad-dar.

    Il-Kap Nazzjonalista saħaq li l-aħħar darba li kien hemm tali sitwazzjoni kien fi Spanja u l-Portugall meta dawn kienu qed jiffaċċjaw riċessjoni ekonomika b’rata ta’ qgħad li kienet tiżboq sew l-20%.

    Filwaqt li qal li din hija xejra li qed tkompli tiżdied, il-Gvern ma jridx jagħti kas ta’ din is-sitwazzjoni. “Lin-nies il-Gvern qed ikompli jgħidilhom li pajjiżna qed jirreġistra surplus li qatt ma kien hawn bħalu, iżda hija xi ħaġa li mhijiex riflessa man-nies,” saħaq Delia.

    Sadanittant fi stqarrija l-Partit Laburista saħaq li l-intervent ta' Delia fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista kien intervent negattiv minn kap f'paniku li mhux iħossu fdat. L-istqarrija maħruġa mill-PL kompliet tgħid li bilgħan li jiġbed warajh lin-Nazzjonalisti Delia tkellem bl-addoċċ u mingħajr fatti f'idejh dwar numru ta' allegazzjonijiet.

    Il-PL irribatta lil Delia dwar ir-referenza li għamel għall-faqar f'pajjiżna, fejn “fosthom qal li d-dejn żdied meta l-piż tad-dejn niżel għall-inqas livelli fl-istorja. Qal li dawk fil-faqar telgħu għal 70,000 meta fil-verità dawk fil-faqar niżlu għal iktar livelli baxxi f’ħafna snin, bil-gvern preżenti jneħħi għal kollox il-faqar li żdied fl-aħħar snin ta’ Gvern Nazzjonalista.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0