Kunsidrati “pieni ta’ ħabs” għal ġenituri traskurati

  • Ġun 10, 2018 14:53
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kwistjoni tal-assenteiżmu fl-iskejjel Maltin se tkun qed tingħata spinta ġdida u dan bil-għan li tiġi trattata din il-pjaga.  Filfatt It-Torċa hi infurmata li qed ikunu kunsidrati pieni ta’ ħabs għal ġenituri traskurati li bla raġuni ta’ xejn u għal raġunijiet li jafuhom huma, ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola.  F’pajjiżna kellna sitwazzjoni u dan ġie konfermat anke mill-Ministru Bartolo ta’ studenti li għamlu tlieta u erba’ snin ma jattendux skola. Il-Ministeru, ikkonferma mal-ġurnal It-Torċa li l-awtoritajiet edukattivi se jkunu qed jieħdu bosta miżuri fosthom pieni eħrex biex tkompli tonqos ir-rata tal-assenteiżmu fl-iskejjel.”

    Jidher li fost l-għalliema hemm qbil li għandu jkun hemm pieni eħrex għal dawn il-ġenituri traskurati. “Hemm ġenituri li xorta jiġu jaqgħu u jqumu miċ-ċitazzjonijiet. Tgħidilhom għal xejn. Uliedhom ifallu bl-addoċċ.  M’hemm ebda dubju li f’dawn il-każi dan qed isir b’abbuż”, qaltilna għalliema li tkellmet ma’ It-Torċa.

    Il-Ministeru fil-kummenti tiegħu lil It-Torċa dwar dawn il-pjani ta’ pieni eħrex qal li “matul din il-ġimgħa ġiet organizzata għall-ewwel darba konferenza nazzjonali bit-tema tkun “Naqsmu l-ħidma pożittiva biex inkomplu nsaħħu l-attendenza tal-istudenti” mid- Dipartiment għal Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol immirata li tgħin l-iskejjel ikomplu jnaqqsu l-assenteżmu. Ġew diskussi l-prattiċi tajbin bejn l-għalliema preżenti. Ingħad li s-suċċess sar permezz ta’ strateġija msejsa fuq bosta miżuri fosthom analiżi kontinwa tar-rati tal-attendenza kif ukoll bl-involviment tal-istudenti u l-ġenituri tagħhom”.

    Il-Ministeru saħaq  li “din il-konferenza kellha tliet għanijiet prinċipali, dak li titfa’ dawl fuq l-importanza t’attendenza sostnuta fil-ħajja skolastika tal-istudenti, li tiċċelebra l-ħidma pożittiva li ssir fl-iskejjel biex tissaħħaħ l-attendenza tat-tfal fl-iskejjel u li jitfassal pjan ħolistiku għal triq ‘il quddiem bl-għajnuna tal-partijiet interessati kollha.”

    Il-Ministeru kompla jgħid li “rigward din il-kwistjoni l-awtoritajiet edukattivi se jieħdu bosta miżuri fosthom pieni eħrex biex tkompli tonqos ir-rata tal-assenteiżmu fl-iskejjel.Huwa innutat li meta l-ħidma tkun waħda kollettiva, is-suċċess ikun ikbar u li l-pass li jmiss għandu jkun pjan ta’ azzjoni għal kull kulleġġ.

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo jsostni li għalkemm il-Gvern qed jipjana li se jħarrax il-pieni għal ġenituri li ma jibagħtux it-tfal l-iskola, jibqa’ jenfasizza li l-aqwa suċċess jibqa’ meta t-tfal imorru l-iskola għal qalbhom. Hu dan il-għan li qegħdin indaħħlu ħafna miżuri fl-edukazzjoni ġodda biex it-tfal jieħdu gost jitgħallmu. Il-Ministru jtenni li għalkemm ħafna mill-problemi jingħad li jridu jiġu solvuti mill-edukazzjoni, kulħadd irid jerfa’ r-responsabiltà fil-livelli tiegħu.”

    Intant il-Ministru Evarist Bartolo iddikjara fil-Parlament li “r-rata ta’ żgħażagħ li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja mingħajr ma jkunu kisbu l-ħiliet meħtieġa kienet ta’ 21 fil-mija. Sa sentejn oħra inkunu niżżilniha għal 12 fil-mija. Iwritna sitwzzzjoni, fejn aktar minn 500 student tal-ħames sena sekondarja ma joqgħodux għall-eżami tas-SEC. Kien hemm studenti li għamlu 3 u 4 snin ma jmorrux skola.  Qed naħsbu li nħarrxu l-pieni u l-multi u  u qed nikkonsidraw ħabs għal ġenituri li huma traskurati li  ma jibgħatux l-uliedhom l-iskola. Iva tagħmilha din imma ngħid li s-suċċess veru edukattiv ma’ tagħmlux billi tikkastiga lil min ma jiġix  l-iskola.   Is-suċċess hu fuq ir-responsabbliltà kbira tagħna biex noħolqu esperjenza biex adoloxxenti jiġu l-iskola”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0