AĠĠORNAT: SALVINI B'THEDDIDA LI JAGĦLAQ IL-PORTIJIET TALJANI … Il-Gvern Malti jisħaq li l-operazzjoni ġiet ikkordinata mit-Taljani

  • Ġun 10, 2018 15:59
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: Fi stqarrija mill-Ministeru Malti għall-Intern saħaq li l-operazzjoni ta' salvataġġ tal-bastiment Aquarius kienet kondotta fir-reġjun Libjan ta' tiftix u salvataġġ u kien ikkordinat miċ-Ċentru ta' Kordinament għal Salvataġġ f'Ruma. L-istqarrija emfasizzat li f'dan il-każ iċ-ċentru Malti la huwa l-awtorità kompetenti u lanqas iċ-ċentru li kkordina l-operazzjoni ta' salvataġġ.

    AKTAR QABEL: 629 immigrant ġew salvati f’sitt operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran mill-għaqda Medicins sans Frontieres (MSF).

    Dawn l-operazzjonijiet kienet ilha għaddejja minn matul il-lejl, bil-vapur Aquarius ta’ MSF issa indikat li qed ibaħħar lejn port fil-Mediterran.

    Fost dawk abbord hemm 123 minorenni mhux akkumpanjati, 11-il tifel u tifla, u seba’ nisa tqal.

    MSF iddeskriviet uħud mis-salvataġġi bħala “kritiċi”, b’dgħajsa deskritta bħala li nqasmet min-nofs fid-dlam tal-lejl, b’40 persuna jispiċċaw fil-baħar.

    Wara li salvat 229 minn dgħajjes mimlijin b’immigranti, l-Aquarius ħa 400 immigrant ieħor li ġew salvati mill-marittima u l-gwardja tal-kosta Taljana u bastimenti tal-merkanzija.

    Sadanittant wara li fil-jiem li għaddew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini kkritika lil Malta dwar l-immigrazzjoni, huwa anke wasal biex hedded li jagħlaq il-portijiet Taljani għal bastimenti li jkunu qed iġorru immigranti. Dan wara li matul il-lejl tal-bieraħ il-bastiment ta’ salvataġġ Aquarius salva 629 immigrant, bl-organizzazzjoni Medicins sand Frontieres tisħaq li se tkun qed iddaħħal dawn l-immigranti f’port fil-Mediterran. Madankollu ma speċifikatx lejn liema port kienet qed tbaħħar.

    Din id-deċiżjoni ta’ Salvini tfisser li l-bastiment Aquarius jaf ma jingħatax l-awtorizzazzjoni biex jidħol f’port Taljan.

    F’ittra mibgħuta lill-Gvern Malti, Salvini saħaq li l-aktar port viċin u sigur huwa dak ta’ Malta u jekk din id-darba Malta mhijiex se tkun qed taċċetta li tilqa’ dawn l-immigranti, allura mhix se tkun l-Italja li tilqagħhom. Jidher li din id-deċiżjoni ta’ Salvini kienet appoġġjata wkoll mill-Ministru Taljan għall-Infrastruttura Danilo Toninelli.

    RITRATT: KARPOV/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0