inewsmalta.com



ARA: Is-Sit Industrijali ta’ San Ġwann fi stat ta’ telqa, mimli skart differenti

  • Ġun 11, 2018 10:33
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit

    Skart tal-kostruzzjoni; biċċiet minn diversi vetturi u dgħajjes; televiżjonijiet; sistemi ta’ arja kundizzjonata; tyres ta’ karozzi u go-karts; sufanijiet u ħġieġ; dan kien ftit mill-iskart li dan il-ġurnal sab mormi u espost ġewwa parti mis-Sit Industrijali ta’ San Ġwann.

    Dan is-sit żar is-sit wara li kien rċieva numru ta’ kummenti u ittri mingħand diversi qarrejja fuq l-istat t’abbandun u l-ħmieġ li bħalissa jinsabu fuq il-post. Spikkaw diversi kummenti tar-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi, fejn uħud saqsew il-għaliex is-sit ma kienx imnaddaf mill-Awtoritajiet jekk is-sit jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali jew inkella ta’ Malta Industrial Parks, u x’kienet ir-raġuni wara dan l-abbandun.

     L-abbandun ta’ dan is-sit industrijali huwa iktar inspjegabbli meta wieħed jikkunsidra li ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern kien qiegħed jikkunsidra pjan biex titkabbar iż-Żona Industrijali ta’ Bulebel. Skont kumment li l-Ministru Jose Herrera ħalla fuq is-siti soċjali, il-Gvern reġġa lura “deċiżjoni tal-PN biex jiżviluppa art ġewwa Bulebel”, wara li diversi għaqdiet ambjentali, kif ukoll residenti biswit iż-żona, kienet ħarġet kontra l-proposta. “Ma nafx kif fuq naħa qegħdin ngħidu li għanda bżonn inkabbru iż-żoni industrijali għaliex m’għandniex post, però imbagħad nabbandunaw sit bħal dan mingħajr spjegazzjoni ċara.” 

    B’referenza għal dawn ir-ritratti, l-Orizzont għamel kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann. Kelliem għall-istess Kunsill tenna kif iż-żona industrijali hija responsabbiltà ta’ Malta Industrial Parks, u mhix dik tal-Kunsill. “Fil-fatt, jekk tara is-site plan, kif inhija inkluża fl-Atti tal-Kunsill Lokali, li tindika l-konfini ta’ San Ġwann u ż-żona barra mir-responsabbiltà tal-kunsill, dan is-sit jaqa’ f’żona barra r-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.”

    Madanakollu, l-istess Kunsill tenna kif huwa għaddej b’ħidma intensiva favur l-indafa u t-tiġbir tal-iskart. “Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, madwar erbgħin voluntier marru Wied Għomor u f’attività ta’ ġbir ta’ skart, imtlew ħames skips kbar.” 

    Dan is-sit bagħat ukoll diversi mistoqsijiet lill-Malta Industrial Parks, li kif indikat fir-ritratt, kienet imniżżla bħala ll-awtorita risponsabbli mis-sit. Madanakollu, kelliema għal Malta Industrial Parks tennet li s-sit in kwistjoni “ma jaqgħad taħt l-awtorita tal-Malta Industrial Parks.” 

    “Fl-istess ħin, nirringrazzjawk talli ġbidtilna l-attenzjoni fuq is-sinjali li jinsabu fuq il-post, u fil-jiem li ġejjin dan sejjer jitneħħa.” 

    Dan is-sit intant qiegħed jagħmel kuntatt mal-Awtorita tal-Artijiet għal iktar konfermi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook