inewsmalta.com



Kollox ippreparat għal-laqgħa storika

  • Ġun 11, 2018 11:26
  • Miktub minn iNews

    Il-President Amerikan Donald Trump u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un waslu f’Singapore għas-summit storiku li huwa mistenni ħafna. Trump ivvjaġġa abbord Air Force One, u wasal ftit tas- sigħat wara Kim. Din il-laqgħa, li hija l-ewwel x-xorti tagħha bejn il-mexxej tal-Korea ta' Fuq u l-President Amerikan, mistennija li ssir għada t-Tlieta li ġej l-gżira ta’ Sentosa. 

    Min-naħa tiegħu Trump iddeskriva din il-laqgħa bħala “l-uniku ċans għall-paċi” waqt li qal li ż-żewġ pajjiżi jinsabu “f’territorju mhux magħruf”. L-Istati Uniti qiegħda taspira li b’dan is-summit jinbeda proċess li bih eventwalment il-Korea ta’ Fuq tneħħi l-armi nukleari tagħha. F’dawn l-aħħar 18-il xahar, iż-żewġ mexxejja kellhom relazzjoni kemxejn turbolenti u kellhom argumenti sħan li kienu nisslu biża’ tista’ tgħid d-dinja kollha. 

    Imbagħad kollox inbidel hekk kif iż-żewġ mexxejja bdew jaħdmu biex jiltaqgħu flimkien u jipprovaw isolvu d-differenzi ta’ bejniethom. 

    L-ewwel sena ta’ tmexxija ta’ Trump kienet immarkata minn argumenti jaħarqu bejnu u bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq. Dan minħabba li tal-aħħar beda jagħmel ħafna testijiet ballistiċi li qajmu tħassib kbir. 

    Il-President Amerikan kien qal li huwa se jwettaq attakk qawwi jekk Pyongyang tkompli thedded lill-Istati Uniti. Huwa kien irrefera għal Kim bħala “little rocket man.” Minkejja din pressjoni tal-White House, il-Korea ta’ Fuq baqgħet twebbes rasha u saħansitra kienet qalet li għandha missili li kapaċi jolqtu lill-Istati Uniti tal-Amerika. 

    Kollox inbidel fl-2018 meta l-Korea ta’ Fuq bdiet taħdem biex issolvi l-problemi mal-Korea t’Isfel, u wara bdew jitjiebu r-relazzjonjiet anke mal-Istati Uniti, minkejja li għal xi żmien dan is-summit kien tista' tgħid tħassar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook