inewsmalta.com



“Grazzi ġustizzja! Kompli pprova sallabni aktar milli sallabtni”

  • Ġun 11, 2018 12:40
  • Miktub minn iNews

    Ir-raġel li kien intbagħat il-Ħabs wara li nstab ħati inġustament li abbuża minn bintu

    Ir-raġel li qatta madwar sena ħabs wara li nstab ħati inġustament li abbuża minn bintu qed jilmena li rċieva kont ta' €1,288 għall-ispejjeż legali li ddaħħal fihom.

    Emanuel Camilleri kien spiċċa ikkundannat sentejn ħabs wara li l-Qorti tal-Maġistrati sabitu ħati li abbuża sesswalment minn bintu madankollu kien meħlus wara li rriżulta kif l-allegazzjoni ma kinietx minnhom.

    Waqt li l-kawża fil-konfront tiegħu twaqqgħet infetħu tnejn oħra, waħda kontra bintu li nqatgħet, u l-oħra kontra l-eks-mara tiegħu fuq dikjarazzjoni falza.

    Minbarra li nħeles mill-akkużi li nġiebu kontrih, isem Camilleri tneħħa mir-reġistru li fih jinżammu l-ismijiet ta' dawk li jkunu nstabu ħatja li abbużaw sesswalment mill-minorenni.

    Madankollu ftit tal-jiem ilu Camilleri rċieva ittra fejn ġie mfakkar li għadu ma ħallasx lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali l-ammont dovut minnu u kien imwissi li dan kien l-aħħar avviż li ntbagħat.

    Fl-ittra kien imwissi li jekk ma jħallas is-somma immedjatament l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien se jipproċedi kontrih bil-konsegwenza li l-ispejjeż għalih kienu se jikbru.

    Camilleri tella ritratt tal-ittra fuq il-Facebook u rrimarka li mhux talli bagħtuh il-Ħabs għalxejn imma bil-wiċċ tost kollu minflok jaraw kif jikkumpensawh għat-397 jum li serqu l-liberta u żammuh 'il bogħod mill-familja issa bagħtulu dan il-kont.

    “Grazzi ġustizzja! Kompli ipprova sallabni aktar milli diġa sallabtni”, kiteb Camilleri waqt li anke martu Desiree tellgħet ritratt tal-ittra u kitbet “istħu jekk tafu kif”.

    Dan is-sit ikkuntattja lil Emanuel Camilleri fejn weġbitna martu li ikkonfermatilna li huma qed ikellmu l-avukat tagħhom dwar l-imsemmija ittra.

    Fl-istess waqt qaltilna li huma qed jistennew l-eżitu taż-żewġ kawżi li fetħu għall-kumpens minħabba dak li għaddew minnu b'waħda quddiem il-Qorti ta' Malta u l-oħra quddiem il-Qorti Ewropea.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook