Id-dehra ideali… Kuntrast bejn dak li jaħsbu n-nisa u l-irġiel

  • Ġun 11, 2018 13:47
  • Miktub minn iNews
"

    Apparentement l-irġiel u n-nisa għandhom opinjonijiet totalment differenti dwar kif inhi d-dehra ideali tal-figuri taż-żewġ sessi. L-irġiel jippreferu daqsxejn aktar laħam kemm fuq in-nisa kif ukoll fuqhom stess, mentri n-nisa jippreferu l-irquqija.

    Skont stħarriġ ta’ opijoni pubblika ta’ 500 raġel u 500 mara mtella’ mill-kumpanija “Bluebella”, id-dehra ideali defenittivament m’humiex l-istess għaż-żewġ sessi.

    Il-parteċipanti f’dan l-istħarriġ użaw partijiet tal-ġisem ta’ persuni famuża biex ħolqu l-ġisem perfett skond kif iħobbuhom in-nisa u skont kif jippreferuhom l-irġiel. 

    Il-proposta tan-nisa dwar il-figura ideali ta’ mara turi kemm in-nisa jemmnu li l-isbaħ mara għandha jkollha xahar twil lixx, fattizzi tal-wiċċ ta’ “pupa’, sider mhux kbir, muskoli addominali ġebla, ġenbejn żgħar u saqajn ta’ super mudella!

    Mentri meta ssaqsi lill-irġiel kif inhi fl-opinjoni tagħhom id-dehra tal-mara ideali, inħolqot kreatura attraenti mod ieħor fejn ħarġet ċara li l-irġiel jippreferu mara aktar ‘mimlija’.

    Ir-riżultat tad-dehra ideali ta’ mara skont mara hu: 

    Il-figura rqieqa, xahar tad-Dukessa ta’ Cambridge, il-wiċċ ta’ Cara Delevingne, is-sider ta’ Jennifer Aniston, iż-żaqq ta’ Gwyneth Paltrow, il-ġenbejn ta’ Emma Watson u saqajn Elle Macpherson.

    Ir-riżultat tad-dehra ideali ta’ mara skont l-irġiel hu: 

    Ix-xahar ta’ Scarlett Johansson, wiċċ Megan Fox, is-sider ta’ Kim Kardashian, żaqq Michell Keegan, il-ġenbejn ta’ Kelly Brook u saqajn Rosie Huntington-Whiteley.

    Hawnhekk naraw differenza kbira fl-opinjonijiet taż-żewġ sessi fejn in-nisa jemmnu li tkun ferm aktar attraenti l-irquqija mentri l-irġiel jippreferu mara mibruma.

    Ir-riżultat tad-dehra ideali ta’ raġel skont in-nisa hu: 

    Ix-xahar ta’ Harry Styles, il-wiċċ ta’ Jamie Dornam, idejn Brad Pitt, is-sider u żaqq ta’ David Gandy u saqajn David Beckham.

    Ir-riżultat tad-dehra ideali ta’ raġel skont l-irġiel stess: 

    Ix-xahar ta’ Brad Pitt, wiċċ David Beckham, idejn Hugh Jackman, is-sider u ż-żaqq ta’ Ryan Gosling u s-saqajn ta’ Frank Lampard.

    Meta kkomparata ma’ dik tan-nisa, id-dehra ideali ta’ raġel skont l-irġiel f’dan l-istħarriġ ir-raġel huwa aktar b’saħħtu b’wiċċ sabiħ u xahar bjond. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0