Raġel fil-Qorti wara relazzjoni intima f'karozza

  • Ġun 11, 2018 15:42
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 34 sena minn Ħal Għaxaq ma nstabx ħati li seraq tfajla kif din allegat wara li kellhom x'jaqsmu flimkien ġo karozza.

    Duncan Buttigieg kien mixli li bejn il-5 u s-6 ta' Awwissu 2008, f'xi ħin bejn il-11.30 p.m. u s-1.00 a.m. fl-inħawi ta' Bir id-Deheb, seraq €250 lil Lorita Pace minn Raħal Ġdid, heddidha u li ħebb għaliha.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta Pace rrappurtat kif waqt li kienet miexja Raħal Ġdid waqqfet vettura misjuqa minn Buttigieg, li kienet tafu, u rikkibha.

    Huwa saq lejn xi għelieqi f'Ħal Għaxaq fejn kellhom relazzjoni intima u wara qalilha li kien se jmur jiġbed il-flus minn ATM biex jagħtihomlha.

    Kif waslu Bir id-Deheb huwa qalilha biex tinżel mill-karozza, imbuttaha 'l barra u ħatfilha l-handbag li kien fih €250.

    Wara li sar ir-rapport u ġiet iffissata d-data ta' meta kellha tinstema l-kawża, il-prosekuzzjoni nfurmat lill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia li ma kinitx sabet lil Pace.

    Kien għalhekk li l-unika prova tal-Pulizija kontra Buttigieg kienet l-istqarrija tat-tfajla.

    Għalkemm fl-istqarrija tiegħu Buttigieg ammetta li kellhom relazzjoni intima fil-karozza u li Pace riedet iktar flus għas-servizzi li tagħtu, x'ħin niżel mill-karozza biex iġib il-flus ma sabhix.

    Huwa ċaħad li serqilha l-flus u kien proprju minħabba nuqqas ta' provi f'dan ir-rigward li ma nstabx ħati tal-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispettur Spiridione Zammit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0