Diskussi tliet liġijiet fil-qasam tal-enerġija waqt il-Kunsill għat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

  • Ġun 11, 2018 17:22
  • Miktub minn iNews
"

    Matul il-Kunsill għat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija li qed jitlaqqa’ fil-Lussemburgu, ġew diskussi tliet liġijiet tal-enerġija: il-Liġi tal-Enerġija Rinovabbli, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija,u r-Regolament tal-Governanza tal-Unjoni fl-Enerġija. 

    Barra minn hekk, tkomplew id-diskussjonijiet fuq numru ta’ liġijiet tal-enerġija, fosthom ir-regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER). F’dan ir-rigward il-Kunsill laħaq pożizzjoni komuni biex ikompli jissaħħaħ l-operat tal-aġenzija, filwaqt li jissaħħaħ l-involviment tar-regolaturi nazzjonali.

    Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Joe Mizzi li għamel intervent waqt il-Kunsill, saħaq li huwa importanti li jkollna liġijiet li huma robusti biex jintlaħaq l-obbligu tat-Trattat ta’ Pariġi, filwaqt li nipproteġu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-membri stati, b’mod speċjali dawk il-pajjiżi li għandhom sistemi żgħar tal-enerġija.

    Il-Ministru żied jgħid li wara dawn id-diskussjonijiet, il-gvern Malti ser iħares ’il quddiem biex jitkomplew in-negozjati mal-Parlament Ewropew, sabiex dawn il-liġijiet jiġu konklużi fiż-żmien li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0