inewsmalta.com



Tazza tad-Dinja tal-Isparar: Tidħol fl-azzjoni Mikaela Galea

  • Ġun 12, 2018 00:11
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif tkompliet it-Tazza tad-Dinja tal-isparar li qed issir f’pajjiżna eżattament fix-Shooting Ranges, f’Ta’ Kan­dja, daħlet fl-azzjoni it-tiratriċi Maltija, Mikaela Galea, fejn ħadet sehem fl-ewwel ġurnata tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni tat-Trap tan-nisa.

    Interessanti huwa l-fatt li din hija l-ewwel mara Maltija li qatt ħadet sehem f’Tazza tad-Dinja tal-Isparar.

    Madankollu hi spiċċat biss fis-47 post minn 56 tiratur hekk kif laqtet total ta’ 58 plattina - 21 fl-ewwel round, 18 fit-tieni round u 19 fit-tielet round. Hija terġa’ tkun fl-azzjoni llum fejn  se tikkompeti fir-raba’ u l-ħames round ta’ din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni.

    Intant, fl-ewwel post temmet il-Ġermaniza Katrin Quooss bi 73 plattina, segwita mill-Finlandiża,  Salu Makela-Nummela b’71 plattina, filwaqt li r-Russa, Ekaterina Rabaya, u l-Franċiża, Cormenier Carole, temmew fit-tielet post meta laqtu total ta’ 68 plattina.

    F’dak li għandu x’jaqsam ma’ fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-kompetizzjoni tat-Trap tal-irġiel, illum jidħlu fl-azzjoni t-tiraturi Maltin - William Chetcuti, Gianluca Chetcuti, Mario Buhagiar, Nazzareno Attard u Brian Galea.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook