inewsmalta.com



ARA: Trump u Kim jiffirmaw dokument storiku … “Iddeċidejna li nħallu l-passat warajna”

  • Ġun 12, 2018 08:12
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif is-summit storiku bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq resaq lejn tmiemu l-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un iffirmaw dokument li skont Kim se jwassal biex id-dinja tara bidla kbira.

    Minkejja li l-kontenut tad-dokument għadu mhux magħruf, l-aġenzija tal-aħbarijiet ikkwotat lil uffiċjal għoli Amerikan jgħid li ż-żewġ mexxejja se jkunu qed jaqblu dwar stqarrija konġunta li se tkun qed tikkonċerna l-eżitu tas-summit.

    Trump qal li d-dokument kien wieħed storiku u komprensiv, filwaqt li Kim qal li t-tnejn li huma qablu li jħallu l-passat warajhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook