Tazza tad-Dinja 2018: Dik il-"Hand of God" u episodji oħra

  • Ġun 12, 2018 10:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Video Assistant Referee (VAR) ġie introdott madwar id-dinja b’reazzjonijiet li jvarjaw minn ottimiżmu kawt għal wieħed konfuż. Iżda minkejja l-problemi tal-bidu tas-snin, jidher ċar li din it-teknoloġija bil-video ġiet biex tibqa’.

    Bil-konferma li l-VAR se jiġi wżat fl-ikbar palk fost kollha – fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja li se tibda nhar il-Ħamis li ġej, 14 ta’ Ġunju – se tingħata ħarsa lejn xi ftit mid-deċiżjonijiet kontroversjali fl-edizzjonijiet tal-passat tal-kompetizzjoni, u kif affarijiet differenti setgħu saru li kieku kienet teżisti t-teknoloġija.

    Min jaf – forsi l-Ingilterra kienet tirbaħ xi ftit iktar drabi. Jew forsi le ... 

    HARALD SCHUMACHER v PATRICK BATTISTON (1982)

    Wieħed mill-mumenti xejn famużi tat-Tazza tad-Dinja, seħħ f’waħda mil-logħbiet l-iktar ta’ profil tal-kompetizzjoni. Patrick Battiston kien ġie waħdu  quddiem il-lasti meta l-goalkeeper tal-Ġermanja tal-Punent, Harald Schumacher, ħareġ minn postu biex iwaqqfu ... hekk kif il-Franċiż għadda l-ballun minn ħdejn il-goalkeeper ta’ FC Cologne, għajnejn kulħadd kienu jekk il-ballun kienx se jispiċċa fix-xibka jew le, iżda lil Schumacher iva.

    Tant kemm kienet qawwija d-daħla bejn it- tnejn li Battiston sofra tliet kustilji miksura u ħtieġlu l-ossiġenu. Ma tistax tiġi spjegata, hekk kif id-difensur kien mitluf minn sensih imdawwar bi sħabu stess, ir-referee Olandiż Charles Corver issenjala goal-kick.

    Battiston ġie maħruġ mill-ground fuq stretcher u l-Ġermaniżi għaddew għall-finali bil-penalties wara draw ta’ 3-3 wara l-ħin barrani.

    Daqstant mhux pjaċevoli daqs ir-replay bis-slow-motion kien dak iż-żmien għall-Video Assistant Referee, Schumacher żgur kien jiġi mkeċċi u wieħed mill-aqwa timijiet internazzjonali tal-football li qatt kien hawn seta’ anke jgħaddi għall-finali minflok il-Ġermanja tal-Punent.

    Sentejn wara Battiston u Les Bleus rebħu l-Kampjonat Ewropew; id-difensur spiċċa rebbieħ ta’ Ligue 1 ħames darbiet ma’ tliet clubs differenti. 

    FRANK LAMPARD v ĠERMANJA (2010)

    Għal kull partitarju tal-Ingilterra, din għadha weġgħa sal-lum; għal kull partitarju Ġermaniż, kienet miżura ta’ tpattija għal dak li seħħ fl-1966; għal FIFA, kienet il-bidu ta’ operazzjoni serja biex iddaħħal l-evidenza tal-video fid-deċiżjonijiet tar-referees – Sepp Blatter innifsu inċita l-eżempju meta żvela l-pjani.

    Fil-konfront tal-Aħħar 16 fi Blomfontein, il-Ġermanja marru żewġ goals minn fuq sat-32 minuta permezz ta’ Miroslav Klose u Lukas Podolski – iżda ħames minuti wara Matthew Upson naqqas il-marġni b’daqqa ta’ ras.

    Bilkemm għaddew żewġ minuti li xutt tipiku eċċellenti minn 20 jarda bogħod ta’ Frank Lampard ma għelibx lil Manuel Neurer, ħabat mal-mimduda u niżel mal-art sew wara l-linja. Il-ballun mibrum reġa’ ħabat mal-mimduda u ġie miżmum minn Neurer.

    Huwa faċli li tipproponi li mat-2-2 il-Ġermanja bdew ikaxkru saqajhom ... l-Ingilterra setgħu baq­għu sejrin u rebħu l-logħba.

    Forsi huwa daqstant faċli li timmaġina li l-Ingilterra marru jfittxu l-goal tar-rebħa, l-avversarji superjuri għal kollox setgħu ġabru lilhom infushom wara l-mistrieħ hekk kif madankollu Thomas Muller għamel darbtejn fit-tieni taqsima.

    Jew forsi f’dan il-każ, il-VAR kien ikun suġġett li t-Three Lions isofru l-ħames telfa fi 12-il sena permezz tal-għoti tal-penalties f’tournament maġġur; iżda kif seħħew l-affarijiet, huma kel­lhom jistennew sentejn għall-Italja fil-Euro 2012.

    MICHAEL OWEN v MAURICIO POCHETTINO (2002)

    Fit-Tazza tad-Dinja fi Franza 1998, iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, Michael Owen, kien itterrorizza d-difiża tal-Arġentina bil-veloċitá esplussiva u bil-ġiri dirett tiegħu.

    Erba’ snin wara kienet ħila totalment diffe­renti li għenet lill-Ingilterra meta waqa’ mal-art b’daħla ma’ Mauricio Pochettino. U David Beckham sab ix-xibka mill-11-il metru biex ta rebħa ta’ 1-0 lit-Three Lions fil-fażi tal-gruppi.

    Tgħid il-VAR kien ibiddiha din id-deċiżjoni? Fuq il-bilanċ din forsi ma kinitx ċara biżżejjed biex Owen jiġi kkastigat għal simulazzjoni. Iżda għar-rekord, din kienet l-unika rebħa tal-Ingilterra fil-grupp: huma għaddew bit-tieni post, punt iktar mill-Arġentina li ġew eliminati, u eliminazzjoni f’dan l-istadju setgħet anke għamlet l-ew­wel finali ta’ Sven-Goran Eriksson u anke l-aħħar tiegħu.

    Tgħid l-Ingilterra kienu jduru fuq Bobby Robson, li kienu anke talbuh biex ikun manager temporanju qabel Sven u li t-team tiegħu ta’ Newcastle dik is-sena kienu spiċċaw fir-raba’ post?

     

    CARLOS TEVEZ v MESSIKU (2010)

    Meta xejn m’huwa ġdid għall-kontroversja, Carlos Tevez sab ruħu fil-fond fiha waqt il-logħba tal-Aħħar 16 fis-Soccer City, fl-Afrika t’Isfel 2010.

    Wara li għaddew 26 minuta Tevez tefa’ lill-Arġentina fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras kontra l-Messiku – iżda jekk ma kinitx immedjatament ċara li huwa għamel dan minn pożizzjoni ta’ offside, mill-ewwel ġie konfermat minn angoli varji permezz tar-replays fuq li screens kbar tal-istadium.

    F’waħda mill-iktar xeni farseski fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, ir-referee Taljan ġie mdawwar mill-players Messikani li rieduh jara r-replays u jħassar il-goal, iżda l-uffiċjal żamm sod u l-Arġentina baqgħu sejrin biex rebħu 3-1.

    Tevez mill-ewwel ammetta li kien jaf li kien offside u “ħassu ħati”. Iżda t-team tiegħu ma damx fit-tournament għax ġie eliminat fil-kwarti-finali mill-Ġermanja bl-iskor ta’ 4-0 u baqgħu sejrin biex spiċċaw fit-tielet post.

    KOREA T’ISFEL v ITALJA (2002)

    Il-VAR mhux se jkun rimedju għall-isfortuni kollha fil-football, iżda l-introduzzjoni tiegħu jista’ ineħħi l-pressjoni minn fuq ir-referees maħtura biex jirreffjaw quddiem folol mhux kontrollabbli u partiġġani fi stadium fejn kważi kulħadd irid li t-team li jkun qiegħed f’daru jirbaħ.

    Dan hija waħda mit-tifsiriet għal sensiela ta’ deċiżjonijiet imħawda li għenu lill-Korea t’Isfel jaslu sas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-2002 meta l-ko-organizzaturi mal-Korea ta’ Fuq elimi­naw lill-Italja u wara lil Spanja f’ċirkostanzi dubjużi: it-Taljani kellhom lill-midfielder importanti Francesco Totti mkeċċi; l-Ispanjoli kellhom żewġ goals annullati.

    Iżda r-referee tal-logħba tal-Italja, Byron Moreno mill-Ekwador, wara ġie sospiż f’żewġ okkażjonijiet għal kontroll diżonest – xi ħaġa li lanqas il-VAR ma jkollu kontroll fuqu.

    DIEGO MARADONA v INGILTERRA (1986)

    Il-kwarti-finali ta’ Messiku 1986 bejn l-Ingilterra u l-Arġentina wriet, fi spazju ta’ erba’ minuti, iż-żewġ naħat ta’ Diego Maradona. Il-ballun li tefa’ ġewwa bil-ponn li għeleb lill-goalkeeper Peter Shilton biex poġġa lill-Arġentina minn fuq waqt li  fetaħ it-triq għall-wieħed mill-isbaħ goals tat-Tazza tad-Dinja erba’ minuti wara.

    L-ewwel goal huwa eżattament l-kwalitá ta’ inċident li l-VAR ġie ntrodott biex iħassar tant li kieku dan kien jeżisti dak iż-żmien ma kienx ikun hemm dubju li ma kienx se jiġi mħassar. Maradona kien jintwera l-karta s-safra u d-difensuri Ingliżi setgħu kienu f’pożizzjoni aħjar biex iwaqqfulu l-ġirja serpentina għat-tieni goal tal-Arġentina ftit wara.

    Jekk l-Ingilterra kinitx tkun kapaċi twaqqfu milli jagħmel xi ħaġa daqstant brillanti din hija dibattibbli. 

    NIGEL DE JONG v XABI ALONSO (2010)

    Madankollu r-referee Howard Webb wara ammetta li l-ikbar dispjaċir tal-karriera tiegħu ta’ referee kienet id-deċiżjoni li jieħu biss isem Nigel de Jong għad-daħla fuq il-kustilji ta’ Xabi Alonso fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010.

    Iktar mill-biżgħa tiegħu li juża l-karta l-ħamra fuq l-ikbar palk, in-normali impekkabbli referee Ingliż kien iwaħħal li ma rax l-inċident sew – xi ħaġa li l-VAR kien jikklerja. Spanja baqgħet sej­ra biex rebħet it-Tazza tad-Dinja b’goal uniku fil-ħin barrani minn Andres Iniesta, li jfisser li d-deċiżjoni, li dak il-ħin kienet konfuża ma kinitx daqstant kruċjali daqs kemm kellha tkun. 

    SOL CAMPBELL v ARĠENTINA (1998)

    Dik il-lejla tal-ġenn f’Saint-Etienne fl-1998 kienet mimlija bl-inċidenti li jistħoqqilhom il-VAR. Forsi bil-benefiċċju ta’ ħarsa oħra, id-daqqa ta’ sieq sinjifikanti ta’ David Beckham lejn Diego Simeone kienet tkun jistħoqqilha iktar karta safra milli karta ħamra diretta – li kien ifisser li Glenn Hoddle ma kienx jiġi sfurzat jintroduċi sostituti konservattivi bħal Gareth Southgate u David Batty (iktar alternattivi li jrebbħuk logħba li jinkludu lil Les Ferdinand, Steve McManaman u Teddy Sheringham).

    Inqas dibattibbli kien ikun il-goal annullat ta’ Sol Campbell fil-ħin barrani – li kien ikun tard u kważi mhux mistenni rebbieħ bil-Golden Goal għall-Ingilterra ġie mħassar mir-referee Daniż, Kim Milton Nielsen.

    Campbell skorja bir-ras minn azzjoni ta’ corner iżda Milton Nielsen iġġudika li l-player mess il-ballun b’idu meta ma kienx il-fatt.

    L-Arġentina baqgħet għaddejja biex tiltaqa’ mal-Olanda li ma kienux jiffansjaw konfront iktar malajr ma’ ħafna mill-players tal-Ingilterra li għelbuhom 4-1 f’lejla glorjuża fil-Euro 96.

    THIERRY HENRY v IRLANDA (2009)

    Iva, ma seħħx fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, iżda dan l-inċident kellu importanza kbira min kien se jikkwalifika għall-Afrika t’Isfel 2010 li jkun negliġenti li ma jissemmiex.

    Bil-kwalifikazzjoni tal-play-off iffurmata minn poloz issidjati – deċiżjoni li ttieħdet darba t-ti­mijiet ġew finalizzati – l-Irlanda ffaċċjat lil Franza għal post fil-finali.

    Fil-ħin barrani fit-tieni leg Thierry Henry deher ċar jikkontrolla l-ballun b’idu qabel ma ta għan-nofs lejn William Gallas biex sforza l-ballun ġewwa u bagħat lil Franza fl-Afrika t’Isfel.

    Iżda Les Bleus naqsu japprofittaw bil-fortuna kbira li messithom meta spiċċaw l-aħħar fil-grupp b’punt wieħed biss x’juru.

    GEOFF HURST v ĠERMANJA TAL-PUNENT (1966)

    Tliet diċenji wara t-trijonf tal-Ingiterra fit-Tazza tad-Dinja, ix-xjentisti fl-Universitá ta’ Oxford u l-Imperial College ta’ Londra, ikkalkolaw li t-tielet goal skorjat mill-Ingilterra kontra l-Ġermanja tal-Punent ma kienx qabeż il-linja.

    Ma kintix sorpriża kbira. Wara li sofrew il-goal tad-draw fl-aħħar minuta skorjat minn Wolfgang Weber, l-Ingliżi għollew il-logħba tagħhom fil-ħin barrani b’Bobby Charlton jolqot il-lasta qabel il-goal kontroversjali ta’ Geoff Hurst reġa’ poġġihom fil-vantaġġ fil-101 minuta.

    Iżda li kieku l-goal ta’ Hurst ġie mħassar, il-momentum kollu tal-logħba seta’ dar lejn in-naħa l-oħra.

    L-Ingilterra setgħu għadhom qatt ma rebħu t-Tazza tad-Dinja, u minflok sens importanti mhux f’postu, forsi seta’ kellhom sens mhux f’postu ta’ inġustizzja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0