inewsmalta.com



Tmiem il-ġimgħa suċċess

  • Ġun 12, 2018 13:36
  • Miktub minn iNews

    Tmiem il-ġimgħa mimli b’attivitajiet f’Għawdex wassal biex il-kumpanija Gozo Channel ġarret ‘il fuq minn 55,000 passiġġier f’202 vjaġġi.

    B’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria, is-Soċjetà Filarmonika La Stella u s-Soċjetà Filarmonika Leone organizzaw żewġ kunċerti mużikali li żgur paxxew il-gosti ta’ dawk kollha li attendew kemm għal ‘RockAstra’ u għal ‘Leone goes Pop’.

    Ġewwa l-ġonna publiċi tal-Villa Rindle, ittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex festival marbut man-naħal u l-industrija relatata. Bl-isem ta’ ‘Bee & Honey Fest’, dan il-festival ġibed lejh numru ta’ nies fejn ingħataw tagħrif u spjegazzjoni tal-produzzjoni relatata.

    F’Għawdex ukoll ġie mfakkar l-avveniment storiku ta’ meta t-truppi Franċiżi, 220 sena ilu, invadew lil Għawdex u ħadu kmand tal-gżira. Dan ir-reenactment, magħmul minn 550 persuna liebsa l-ilbies tal-epoka, ta ħarsa lejn l-episodji ewlenin li nisġu l-istorja u ħa lil kull min kien preżenti lura fl-istorja.

    Il-festival ‘Abode on the rock’ attira 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa barranin lejn il-gżira Għawdxija, liema festival ħalla impatt ekonomiku tajjeb u ġġenera ħafna xogħol.

    Ir-raħal kwiet ta’ Santa Luċija wkoll kien mogħni bl-attività hekk kif din il-komunità organizzat b’suċċess il-festival annwali tal-inbid bl-isem ‘Bis-saħħa’.

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet fuq kif Għawdex esperjenza tmiem il-ġimgħa mill-aqwa. Kull min kien preżenti kellu għażliet varji ta’ postijiet fejn jirrilassa. Justyne Caruana qalet ukoll li avvenimenti bħal dawn qed ikomplu jattiraw lejn Għawdex aktar turisti, kemm lokali u barranin, li qed jiġu jgawdu mhux biss il-ġmiel naturali tal-gżira, iżda wkoll it-talenti u l-kreattività ta’ Għawdex.

    Il-Ministru Caruana saħqet li l-istrateġija li qed jadotta l-Ministeru għal Għawdex qed tagħti l-frott hekk kif Għawdex qed joffri xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd.

    Il-Ministru għal Għawdex faħħret il-kollaborazzjoni u s-sinerġija ta’ bejn numru ta’ entitatijet li wasslu sabiex saru dawn l-attivitajiet kollha mingħajr xkiel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook