inewsmalta.com



Ġorġjan jinġieb taħt arrest minn Franza … kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija Maltija fuq serq

  • Ġun 12, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel li allegatament kien jagħmel parti minn ċirku kriminali li erba’ snin ilu wettaq 28 serqa minn diversi lokalitajiet tilef il-garanzija personali ta’ €30,000 wara li kien arrestat mill-ġdid fuq ordni tal-Qorti.

    Karlots Dola-Beridze, ta’ 43 sena milll-Ġorġja, tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati ftit tas-sigħat wara li nġieb f’Malta bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

    Il-mandat ġie eżegwit mill-awtoritajiet Franċiżi wara li ntlemaħ fin-naħa ta’ isfel tal-pajjiż f’Settembru li għadda.

    Dola-Beridze, flimkien ma’ erba’ ċittadini Ewropej oħra tal-Lvant, kienu qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali f’Malta dwar l-allegat involviment tagħhom f’madwar 28 serqa minn residenzi f’Tas-Sliema, fil-Gżira, Tal-Pietà, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. 

    Ħamest’irġiel, fosthom l-imputat, kienu tressqu l-Qorti mixlija bl-involviment tagħhom fl-allegat serq, li pparteċipaw f’attivitajiet kriminali u li kienu jagħmlu parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata fost oħrajn.

    Wara diversi tentattivi, l-irġiel kienu ngħataw il-libertà proviżorja mill-Qorti Kriminali taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €30,000.

    Madankollu, is-suspetti tal-Pulizija tqajmu meta l-akkużati naqsu milli jidhru fil-Qorti. Il-Pulizija nformaw lill-Qorti li l-ħamest’irġiel probabbilment kienu ħarbu mill-pajjiż peress li kienu wkoll waqfu jiffirmaw l-għassa.

    Meta Dola-Beridze ntlemaħ fi Franza, l-awtoritajiet Maltin immedjatament bdew proċeduri fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew biex ikun estradit lura Malta.

    Huwa tressaq ilbieraħ quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li ordnat ir-revoka tal-ħelsien mill-arrest u l-arrest mill-ġdid tal-imputat. Hija ordnat ukoll il-konfiska tal-garanzija personali ta’ €30,000 tal-imputat li jistgħu jiġu kkonvertiti f’ħabs sa massimu ta’ sentejn f’każ li huwa jonqos milli jħallas l-ammont dovut. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kurt Zahra, Fabian Fleri u Jonathan Ransley filwaqt li l-Avukati Shazoo Gaznavi u Charlon Gouder dehru għal Karlots Dola-Beridze. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook