Waterpolo: Marsaxlokk kellhom jitħabtu

  • Ġun 12, 2018 20:11
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    I Diviżjoni

    Marsaxlokk.................... 13

    Ta’ Xbiex....................... 11

    (3-2) (5-3) (3-4) (2-2)

    Marsaxlokk tħabtu iktar milli kien mistenni biex għelbu l-isfida tat-team inqas ikkwotat ta’ Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 13-11, b’dawn tal-aħħar qatt ma dehru inferjuri, anzi, kienu sfida denja.

    Ix-Xlukkajri kienu l-aħjar team fl-ewwel sessjoni meta rebħuha 3-2 b’doppjetta ta’ Rainier Scerri u goal minn Ryan Buhagiar.

    Min-naħa l-oħra, is-Serb Ni­cola Dedovic wieġeb b’dop­­pjetta għal Ta’ Xbiex.

    Fit-tieni sessjoni, ix-Xluk­kajri komplew ikabbru l-van­taġġ biex daħlu jistrieħu 8-5.

    It-Taljan, Stefano Luongo, u Sean Meli skorjaw darbtejn kull wieħed bil-goal l-ieħor jasal minn Rainier Scerri. 

    Għal Ta’ Xbiex irrispon­dew minn Benji Cachia u doppjetta minn Liam Galea.

    L-istess Sean Meli kompla jinkuruna logħba mill-aqwa fil-ftuħ tat-tielet sessjoni meta sab ix-xibka wara biss ftit sekondi biex minuta wara Nicola Dedovic wieġeb għal Ta’ Xbiex meta skorja minn penalty.

    Rainier Scerri żied goal ieħor għal Marsaxlokk biex għaqqad poker personali, b’Gerald Sammut u Liam Galea jwieġbu għal Ta’ Xbiex fi spazju ta’ ftit sekondi.

    L-iskorer prolifiku ta’ Ta’ Xbiex, Liam Galea, skorja r-raba’ goal biex naqqas il-marġni għal goal wieħed.

    Madankollu, Claudio Spiteri De Barro reġa’ stabilixxa vantaġġ ta’ żewġ goals għal Marsaxlokk għal skor ta’     11-9.

    Mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Rainier Scerri skorja l-ħames goal personali iżda Ta’ Xbiex wieġbu minn Keith Tanti.

    Stefano Luongo reġa’ fetaħ tliet goals vantaġġ għax-Xlukkajri biex aċċerta r-rebħa minkejja li Nicola Dedovic skorja għal Ta’ Xbiex lejn it-tmiem.

    Marsaxlokk: 1-Ryan Colei­ro, 2-Claudio Spiteri De Barro (1), Luke Calleja, 4-Clyde Bonello, 5-Christian Gia­lanze, 6-Rainier Scerri (5), 7-Sean Meli (3), 8-Michael Rizzo, 9-Brian Buhagiar (1), 10-Stefano Luongo (3), 11-Matteo Cacici, 12-Joseph Galea, 13-Kayne Lanzon-Coach: Roman Polacik

    Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Raoul Greco, Malcolm Manara, 4-Luke Hyzler, 5-Benji Cachia (1), 6-Kurt Mock, 7-Gareth Blundell, 8-Nicola Dedovic (4), 9-Liam Galea (4), 10-Gerald Sammut (1), 11-Keith Tanti (1), 12-Niall Saliba, 13-Liam Pace  -Coach: Joe Caruana Dingli

    Referees: Ronnie Spiteri, Arnaldo Petronilli

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook