Waterpolo: Faċli għal Neptunes

  • Ġun 12, 2018 21:49
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Kampjonat Premier

    Neptunes....................... 11

    Valletta........................... 6

    (0-1, 4-2, 3-0, 4-3)

    Neptunes kisbu l-punti  massimi mill-konfront kontra  Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 11-6. M’hemmx dubju li huma kienu l-aħjar team għal ħinijiet twal iżda wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu tal-Beltin li offrew sfida denja lil team li bil-klassi li jippossjiedi kien għal kollox superjuri ... anke jekk kien mingħajr is-servizzi tal-player strumentali, Steve Camilleri.

    Dan ikompli jikkonferma li Neptunes se jkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat wara nuqqas ta’ sentejn  fejn qed jimmiraw li jirbħu l-25 titlu.

    Fl-ewwel sessjoni Valletta ħasdu lil Neptunes meta għelbuhom bl-iskor mini­mu ta’ 1-0, bil-goal uniku jasal mill-veteran Charlie Zammit.

    Neptunes wettqu reazzjoni mmedjata fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’Jordan Camilleri jirreġistra doppjetta fi spazju ta’ minuta u nofs.

    Madankollu, Charlie Zammit reġa’ sab ix-xibka għall-Beltin biex b’hekk irreġistra doppjetta personali, iżda Matthias Azzopardi u Jordan Camilleri reġgħu stabbilix­xew vantaġġ ta’ żewġ goals għal Neptunes.

    Iżda  sekonda minn tmiem it-tielet sessjoni Ryan Mock skorja għall-Beltin biex goal wieħed biss kien qed jifred liż-żewġ timijiet.

    Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni, Jordan Camilleri u Jeremy Abela sabu x-xibka għal Neptunes, fi spazju ta’ minuta biex ftit wara l-Kroat, Petar Muslim, skorja l-ewwel goal tiegħu għal Neptunes u fetaħ vantaġġ ta’ erba’ goals għat-team mill-Balluta.

    Fil-ftuħ tar-raba’ u l-aħħar sessjoni, l-Ungeriż Marton Toth u Marc Lanzon skorjaw għal Valletta biex Petar Muslim reġa’ sab ix-xibka għal Neptunes u b’hekk irreġistra doppjetta personali.

    Marthon Toth reġa’ sab ix-xibka għat-team mill-kapitali biex bħall-barrani ta’ Nep- tu­nes, irreġistra doppjetta personali.

    Dan qabel ma ż-żagħżugħ Miguel Zammit skorja l-ewwel goal tiegħu għal Neptunes biex issa l-partita kienet mirbuħa u mitlufa. 

    Iż-żagħżugħ Jake Muscat u l-veteran Niki Lanzon issiġillaw ir-rebħa għal Neptunes bl-10 u bil-11-il goal rispettivament.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Jan Culic, 6-Nikolai Zammit, 7-Petar Muslim (2), 8-Jordan Camilleri (4), 9-Je­remy Abela (1), Miguel Zammit (1), 10-Jake Muscat (1),  11-Matthias Azzopardi (1), 12-Joseph Parnis - Coach: Jovan Popovic

    Valletta: 1-Ryan Sciorti­no, 2-James Spiteri Staines, 3-Andrea Agius, 4-Michele Mifsud, 5-Timothy Agius, 6-Ryan Mock (1), 7-Da­niel Paolella, 8-Marton Toth (2), 9-Nicholas Farrugia, 10-Charlie Zammit (2), 11-Keith Galea, 12-Luke Gia­lanze, 13-Marc Lanzon (1) -  Coach: Bogdan Rath

    Referees: Massimo Angile­ri, Riccardo Carmignani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0