Wieħed minn kull għaxra insodisfatt bis-servizz telefoniku… 78% b’abbonament tat-telefonija fissa ma jafux il-kont ta’ kull xahar

  • Ġun 13, 2018 09:13
  • Miktub minn iNews
"

    Wieħed minn kull għaxar parteċipanti li għandhom abbonament tat-telefonija fissa qalu li mhumiex sodisfatti bil-kwalità tas-servizz. Dan ħareġ mill-aħħar stħarriġ dwar il-perċezzjonijiet tal-konsumatur fuq is-servizz tat-telefonija fissa mill-Malta Communications Authority (MCA).

    L-istħarriġ sar minn Grant Thornton f’Diċembru 2017, permezz ta’ intervisti bit-telefown lil diversi familji magħżula b’mod każwali f’kampjun rapreżentattiv. F’dan l-istħarriġ ipparteċipaw b’kollox 824 familja.

    Irriżulta li 99.8% tar-residenzi f’Malta għandhom aċċess għat-telefonija fissa, bil-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li jixtru s-servizz f’bundle ma’ servizzi ta’ kommunikazzjoni oħra, fuq bażi kuntrattwali ta’ sentejn.

    Minkejja li wieħed minn kull għaxra mhumiex sodisfatti bil-kwalità tas-servizz, kważi nofs dawk li wieġbu hekk qalu li ma kienux lesti jibdlu l-operatur tagħhom.  Fost dawn, 32% qalu li jħossu li operaturi oħrajn kienu qegħdin joffru servizz simili għak dak attwali. 29% oħra qalu li ma setgħux jibdlu l-operatur għax kellhom abbonament ta’ telefonija fissa mixtri f’”bundle”, filwaqt li 26% oħra qalu li huwa ta’ inkonvenjent għalihom li jibdlu l-operatur.

    Il-konsumaturi sodisfatti bil-kwalità tas-servizz

    Il-partec?ipanti jidhru li huma sodisfatti bil-kwalità tas-servizz tat-telefonija fissa li jasal fi djarhom. Fil-fatt, 42% u 48% tal-partec?ipanti li għandhom abbonament tat-telefonija fissa qalu li huma sodisfatti jew sodisfatti ħafna rispettivament bis-servizz. Għalhekk, madwar 90% jidhru li huma kuntenti bil-kwalità tas-servizz attwali. Dan ir-riz?ultat huwa simili ħafna ghal dak irrapportat fl- istħarrig? tal-2015.

    Nuqqas ta’ għarfien fuq l-ispiz?a ta’ kull xahar fuq is-servizz 

    78% tal-partec?ipanti b’abbonament tat-telefonija fissa wieg?bu li ma jafux kemm hi l-ispiz?a ta’ kull xahar fuq l-abbonament tagħhom. Dan ifisser z?ieda ta’ tmien punti perc?entwali meta mqabbel mal-istess riz?ultat ta’ stħarrig? simili li sar fl-2015. 

    64% ta’ dawk li ma jafux kemm hija l-ispiz?a ta’ kull xahar fuq is-servizz, qalu li r-rag?uni għal dan hija għax jixtru s-servizz f’ ‘bundle’ u li dan jagħmilha diffic?li sabiex ikunu jafu ez?att x’qed jonfqu fuq is-servizz tat-telefonija fissa waħdu. 

    Tnejn minn kull tliet partec?ipanti li qalu li jafu kemm jonfqu fix-xahar, indikaw li l-ispiz?a tagħhom tammonta għal inqas minn €20 fix-xahar. Terz tal-partec?ipanti b’abbonament tat-telefonija fissa qalu li jonfqu bejn €20 u €50 fix-xahar. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0