Jiċċelebraw 47 Sena b’Bergers Leġġendarji għal 71 Ċenteżmu

  • Ġun 13, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews
"

    Kollox beda meta żewġ Amerkani li kellhom il-mużika għal qalbhom kienu qed ifittxu berger tajjeb meta kienu qed jgħixu Londra. Il-fundaturi tal-Hard Rock kellhom il-viżjoni li jikkombinaw mużika, memorabilja, u ikel bnin amerikan għal esperjenza unika għall-mistednin tagħhom. Fl-14 ta’ Ġunju, 1971, fetħu l-ewwel American Diner ġewwa showroom antik tar-Rolls Royce u semmewh Hard Rock Cafe. Sabiex jiċċelebraw l-għeluq is-47 sena tal-kumpanija, il-fergħa Maltija se tfakkar l-1971 billi toffri l-Original Legendary® Burger għall-71 ċenteżmu biss fuq bażi first-come, first-served bejn il-11:00am u 12:00pm kemm ġewwa Bay Street kif ukoll il-Waterfront.

    L-Original Legendary® Burger tal-Hard Rock Cafe jinkludi beef patty bil-bejken, ġobon cheddaronion ring, ħass u tadam fuq panina brioche, u l-famużi ċips kif jafu jagħmluhom tal-Hard Rock. Bħall-artisti li dendlu l-memorabilja tagħhom mal-ħitan tar-restorants tagħhom, il-bergers ta’ Hard Rock m’huma xejn ħlief leġġendarji. Il-bergers huma magħmulha minn laħam tal-ogħla kwalita, toppings friski, sauces bnini u ġobon rikk.

    Din l-attivita hija sponserjata minn Golden Harvest u Robert Debono Fruit and Vegetables

    Meta: Il-Ħamis, 14 ta’ Ġunju, 2018

    Fejn: Hard Rock Cafe Malta

    Waterfront u Bay Street

    21233346 u 21380983

    Għal iktar informazzjoni, żur www.hardrock.com/malta.

    Dwar Hard Rock International 

    Il-Hard Rock jinsab f’75 pajjiż madwar id-dinja, b’182 ristorant, 24 lukanda, kif ukoll 11 każinos, din hija waħda mill-ikbar kumpaniji madwar id-dinja. Hard Rock huma magħrufin għall-kollezzjoni kbira ta’ memorabilja mużikali, li tista’ ssibha f’postijiet differenti madwar id-dinja. Il-Hard Rock hu magħruf ukoll għal linja tal-moda iddiżinjata fuq il-mużika. Il-kumpanija Hard Rock International għandha ristoranti f’postijiet ikoniċi bħal Londra, New York, San Francisco, Sydney, u Dubaj. Għal iktar informazzjoni tista’ żżur www.hardrock.com.

    F’Malta, Hard Rock jinsab ġewwa Bay Street, San Ġiljan, jew fil-Valletta Waterfront u mat-tluq tiegħek ġewwa l-Ajruport. Biex tibbukkja ċempel Baystreet 212380983 jew Waterfront 21233346, fittex Hard Rock Cafe Malta fuq Facebook, jew ibgħat email fuq sales@hardrockcafe.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0