Fil-Ġermanja jinstab bajd tat-tiġieġ li huwa kkontaminat

  • Ġun 13, 2018 11:28
  • Miktub minn iNews

    Sitt stati fil-Ġermanja ġew ordnati biex jirtiraw mis-suq madwar 73,000 bajda wara li nstab li kellhom traċċi tal-insettiċida magħru­fa bħala fipronil. Uffiċjali tal-agrikoltura f’Lower Sa­xony qalu li dan il-bajd ġie minn razzett li jipproduċi prodotti organiċi fl-Olanda iżda nsistew li ma kien hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem.

    Il-kimika fipronil tintuża għall-qirda tal-qamel iżda l-Unjoni Ewropea tipprojbixxi l-użu tiegħu fuq annimali bħal flieles.

    Is-sena l-oħra miljuni ta’ bajd kienu ġew irtirati  mis-supermarkets madwar l-Ewropa kollha minħabba l-biża’ mill-fipronil. L-uffiċjali Ġemaniżi qalu li issa ntebħu bi traċċi tal-insettiċida f’kampjuni minn maħżen fir-raħal Ġermaniż ta’ Vechta. It-traċċi kienu ogħla mil-livell permess mill-Unjoni Ewropea ta’ 0.005 milligrammi kull kilo iżda ferm inqas mir-rata li tikkostitwixxi bħal riskju għas-saħħa. L-ogħla livell li nstab kien ta’ 0.019 milligramm kull kilo.

    Is-sors tal-aħħar sejba għadu qiegħed jiġi investigat u r-riżultat ta’ eżami ieħor fuq dan il-bajd mistenni li jkun magħruf aktar tard din il-ġimgħa.

    Fil-każ tas-sena l-oħra, l-industrija tal-bajd fl-Olanda kienet qalgħet daqqa kbira bil-kriżi tal-insettiċida meta miljuni ta’ bajd kellhom jitneħħew mis-suq u nqerdu meta nstab li kien hemm kontiminazzjoni u għaxart irziezet sfaw magħluqin u għadhom ma bdewx joperaw.

    L-awtorità dwar l-ikel Olandiż u l-ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur, NVWA, qalet li kienet qiegħda teżamina jekk il-każ tat-traċċi ta’ fipronil kellux x’jaqsam mat-tneħħija riċenti ta’ miżuri mposti wara biża’ ta’ imxija tal-influwenza tat-tjur li wassal biex il-bdiewa ġew ordnati li ma jħallux tiġieġ jiġru barra iżda jżommuhom maqfulin ġewwa.

    Rapporti jgħidu li l-insettiċida setgħet oriġinat f’ħamrija kontaminata fir-razzett tat-tiġieġ fil-kwistjoni. Il-president tal-assoċjazzjoni tal-bdiewa li jrabbu t-tiġieġ għall-produzzjoni tal-bajd, Eric Hubers, qal dan il-każ se jerġa’ jitfa’ dawl ikreh fuq l-industrija Olandiża tal-bajd. Il-Ġermanja hija l-akbar suq tal-bajd mill-Olanda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook