Ebda nuqqas mill-Ministru Ian Borg u l-kunsill ta' Ħad Dingli

  • Ġun 13, 2018 13:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru Ian Borg kif ukoll il-Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli ma nstabux responsabbli ta' xi nuqqas b'rabta mal-proġett taċ-Ċentru ta' Interpretazzjoni fil-lokal fiż-żmien meta hu kien sindku tal-post.

    Fir-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn jingħad li l-“investigazzjoni ma sabet jew irċeviet l-ebda xhieda li tikkonferma allegazzjonijiet ta’ frodi, korruzzjoni, użu ta’ informazzjoni minn ġewwa jew kunflitt ta’ interess minn xi uffiċjali jew entitajiet involuti fil-proċessi meħtieġa biex jiġi stabbilit iċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni ta’ Ħad Dingli”.

    Fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali jiċħad ukoll l-allegazzjonijiet ta’ użu ħażin ta’ fondi tal-Gvern jew tal-UE fl-iżvilupp tad-Dingli Heritage Trail u taċ-Ċentru tal-Interpretazzjoni u jistqarr li l-fondi tal-UE u dawk nazzjonali miksuba mill-kunsill lokali u mill-operatur tal-istess ċentru kienu “miksuba w użati b’mod ġust”.

    Kemm il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kif ukoll il-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Awditur Ġenerali b'rabta ma' dan il-proġett fejn jikkonferma li ma kien hemm l-ebda irregolarità jew ħażen mill-uffiċjali preżenti jew passati tal-istess kunsill.

    Il-PN ipprova jagħmel kapital billi ta x'jifhem li l-Ministru Borg seta kien involut f'allegat każ ta' miżapproprjazzjoni ta' fondi Ewropej u art pubblika fiż-żmien meta kien sindku ta' Ħad Dingli.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0