Skopri Għar Dalam bil-lejl

  • Ġun 13, 2018 15:43
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta se toffri opportunità unika lill-pubbliku biex jespolara Għar Dalam u l-madwar bil-lejl b’attività informattiva u użu ta’ effetti speċjali li żgur se jagħmlu din l-esperjenza waħda memorabbli. 

    Fi stqarrija għall-Istampa l-Heritage Malta ħabbret din l-attività għal għada l-Ġimgħa fis-7 p.m li se tibda bi spjega qasira dwar il-biodiversità tal-inħawi. Wara l-viżitaturi jimxu lejn l-għar fejn fil-ġnien, permezz ta’ apparat teknoloġiku, se jkollhom l-opportunità li jisimgħu ż-żewġ speċi ta’ l-friefet il-lejl li jgħixu f’Għar Dalam.

    L-attività tkompli bi żjara fl-għar u spjega dwar is-sejba ta’ annimali li għexu f’Malta snin ilu u dawk li għadhom jgħixu fl-għar fil-preżent. L-għar huwa sit importanti ħafna għall-panteoloġija, l-arkeoloġija u l-ekoloġija. Dan għax is-saffi tal-blat jitfgħu dawl fuq l-istorja tal-għar u ta’ Malta.

    Is-sejba ta’ Għar Dalam fis-Seklu 19 kellha relevanza kbira għall-istorja preistorika ta’ pajjiżna wara li fit-tħaffir instab għadam ta’ bnedmin u ta’ annimali flimkien ma’ artefatti. Fil-preżent l-għar għadu d-dar ta’ numru differenti ta’ speċi ta’ annimali u wħud minnhom huma ta’ interess kbir għall-fatt li speċi endemika tinstab f’dan is-sit biss. Dawn l-annimali u oħrajn se jkunu l-qofol taż-żjara fl-għar f’din l-attività.

    Is-sit kollu ta’ Għar Dalam jikkonsisti fl-għar, sala fuq stil Vittorjan, sala oħra ta’ interpretazzjoni u ġnien b’siġar u pjanti indiġeni Maltin.

    Il-biljetti għall-prezz ta’ €13 għall-adulti, €10 għall-anzjani u studenti u €9 għat-tfal u membri ta’ Heritage Malta jistgħu jinxtaraw mis-sit, mill-mużewijiet ta’ Heritage Malta u onlajn.

    Għal aktar tagħrif dwar Heritage Malta u l-attivitajiet organizzati mill-aġenzija żuru l-website: www.heritagemalta.org jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0