Mhux ħati ta’ serq wara li xhud ewlieni ma għarfitux fil-Qorti

  • Ġun 13, 2018 16:25
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel akkużat b’serqa minn residenza f’Ħad-Dingli kien illiberat mill-akkużi li nġiebu kontrih wara li x-xhud ewlieni ma kinitx għarfitu fil-Qorti.

    Paul Abela ta’ 62 sena mir-Rabat, magħruf bħala “il-Fjakk”, kien akkużat li daħal f’residenza f’Marzu 2012 u allegatament seraq madwar €2,000 fi flus kontanti u bosta oġġetti tad-deheb. 

    Huwa ġie akkużat ukoll li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa, li għamel ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor u li sar reċediv. 

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu wara li l-Pulizija kienu rċevew telefonata anonima li fiha ntqal li kien hemm tliet irġiel ġo vann griż barra residenza partikolari fi triq ewlenija. Il-persuna li ċemplet saħqet li wieħed mill-irġiel, li ma kienx is-sid, daħal ġewwa r-residenza waqt li t-tnejn l-oħra kienu telqu minn fuq il-post. 

    Kuntistabbli tal-Pulizija mar fuq il-post madwar 20 minuta wara u sab il-bieb magħluq. Madankollu, l-Pulizija rċevew telefonata oħra mingħand waħda mill-ġirien li rrapportat li kienu daħlulha fir-residenza tagħha u sfat misruqa.

    Jidher li l-ħallelin kienu daħlu l-ewwel fir-residenza tal-aħħar biex imbagħad użaw mejda u siġġu biex jidħlu fir-residenza l-oħra. 

    Informazzjoni kunfidenzjali li rċevew il-Pulizija wassal biex is-suspettat ikun identifikat b’ismu, kunjomu u l-laqam tiegħu. Persuna oħra qalet lill-Pulizija li kienet innotat żewġt’irġiel suspettużi waqt li kienet qed tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt. Hija kienet identifikat lill-imputat Paul Abela waqt ID parade xahrejn wara.

    Hija qalet lill-Pulizija li “probabbli” Abela kien ir-raġel li kienet rat meta kienet fuq il-bejt, għalkemm ma kinitx 100% ċerta. L-istess mara ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika lill-akkużat fil-Qorti, billi sostniet li kien ‘il bogħod wisq fil-jum tal-allegat serqa. 

    Fuq il-bażi tal-provi kollha mressqa, il-Maġistrat Josette Demicoli kkonkludiet li filwaqt li l-istatura deskritta mix-xhud taqbel ma’ dik tal-akkużat, din kienet taqbel ukoll ma’ dik ta’ persuni oħra.

    Peress li ma ġiet prodotta l-ebda evidenza oħra diretta jew ċirkostanzjali li tindika lill-imputat, ma kienx hemm biżżejjed evidenza li torbtu mal-allegat reat. “Barra minn hekk, il-qafas ta’ żmien indikat mix-xhud ewlieni ma kienx jaqbel ma’ dak iddeterminat iktar tard mill-espert tal-Qorti”.

    Kien għalhekk li Abela ma nstabx ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kien illiberat minnhom. 

    L-Avukat Kathleen Grima dehret għall-akkużat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0