inewsmalta.com



"Ekonomija li qed tikber bil-popolazzjoni flok bil-produzzjoni"

  • Ġun 13, 2018 17:11
  • Miktub minn iNews

    L-inflazzjoni qawwija li qed ibatu n-nies fil-kera u fil-prezzijiet tad-djar hija kawża ta-ekonomija li qed tikber biż-żieda tal-popolazzjoni flok tal-produzzjoni. In-nies li qed joqogħdu fi djar bil-kera qed ibatu minħabba l-inflazzjoni enormi fis-servizz residenzjali, li huwa wieħed essenzjali biex persuna tgħix ħajja diċenti. Dan huwa riżultat ta' nuqqas ta' pjan fit-tul mill-Gvern, li flok issaħħaħ il-produttività fl-ekonomija qed ikabbar il-popolazzjoni fil-pajjiż. 

    Il-Kelliema għall-Ekonomija Kristy Debono qalet li minħabba li l-Gvern m'għandux pjan fit-tul għat-tkabbir ekonomiku, ma sarx studju serju fuq l-impatt li ż-żieda tal-ħaddiema barranin fil-popolazzjoni f'Malta se tħalli fuq il-propjetà, il-kirjiet, il-pagi, l-infrastruttura u l-ambjent tal-pajjiż. Dan meta l-ħaddiema barranin qed jiżdiedu b'10,000 fis-sena.  

    Kristy Debono qalet li ż-żieda qawwija fl-immigrazzjoni wasslet ukoll biex ikun hawn effett negattiv fuq il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-immigranti stess. Dan apparti impatt negattiv fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin, li qed ibatu miż-żieda 'l fuq tal-prezzijiet tal-propjetajiet u l-kirjiet. Hija qalet ukoll li għal din il-problema li ħoloq hu stess, is-soluzzjoni tal-Gvern hija li fi żmien erba' snin oħra jġib lejn Malta 40,000 ħaddiem barrani ieħor. Liema deċiżjoni se twassal għal żieda ta' 90,000 fil-popolazzjoni ta' pajjiżna f'disa' snin mingħajr studju serju tal-impatt li dan qed iħalli fuq in-nies u l-pajjiż. 

    Il-Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali Ivan Bartolo qal li mill-istatistika jirriżulta li f'Malta qed jiżdied il-faqar finanzjarju, dawk in-nies li m'għandhomx dħul finanzjarju aċċettabbli. Huwa qal li n-nies li jinsabu fil-faqar finanzjarju żdiedu b'8,200 fi żmien ħames snin biss u jammonta għal aktar minn 69,900. 

    L-istatistika tal-Eurostat qed turi li wieħed minn kull għaxra f'Malta qed jaqgħu lura fil-ħlas tal-kera jew il-ħlasijiet lura tas-self mill-banek. Din ir-rata hija wkoll l-istess waħda li kien hemm fil-Portugall u Spanja, pajjiżi li għaddew minn kriżijiet finanzjarji enormi. Ivan Bartolo qal li dan kollu qed iwassal biex sfortunatament jiżdiedu l-familji li qed ikollhom jgħixu fil-garaxxijiet mingħajr servizzi bażiċi. Dan meta 20% tal-Maltin qed jikru fejn joqogħdu u allura m'humiex is-sidien ta' djarhom.  

    Il-Partit Nazzjonalista jemmen li kemm jista' jkun, il-Maltin u l-Għawdxin għandhom ikunu s-sidien ta' djarhom. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista kien bena l-proġetti tal-housing soċjali f'diversi lokalitajiet, Gvern Laburista għadu ma għamilx proġett wieħed tal-housing soċjali, u dan meta jinsab fit-tieni leġislatura. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook