Pass eqreb lejn il-liġi li se tgħin 20 każin tal-banda

  • Ġun 13, 2018 20:03
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament approva mill-istadju tat-Tieni Qari l-liġi li se tgħin 20 soċjeta mużikali milli jitilfu l-binja li bħalissa qed jużawha bħala l-każin tagħhom.

    Il-liġi bdiet tiġi diskussa nhar it-Tlieta u issa se tkompli tiġi diskussa fl-istadju tat-Tielet Qari jiġifieri l-istadju fejn ikunu jistgħu jsiru emendi fiha.

    Fid-diskors tal-għeluq, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici irrimarka li b'din il-liġi l-Parlament iddeċieda li jintervjeni u jgħin biex idaħħal ċertezza fejn bħalissa m'hemmx.

    Huwa rrimarka kif il-każ tas-Soċjeta Filarmonika De Paule ta' Raħal Ġdid kien 'alarm bell' għad-19-il soċjeta mużikali oħra fil-periklu li jitilfu l-każin u nsista li huwa obbligu tal-Parlament li joħloq 'safety net' biex ma jerġax jiġri dan waqt li jiġu mħarrsa wkoll l-interessi tas-sidien.

    Waqt li ammetta li s-sidien xorta mhux se jkunu kuntenti b'din il-liġi, Bonnici saħaq li fil-kuxjenza tiegħu l-Parlament se jkun konvint li għamel minn kollox biex jinstab bilanċ.

    Id-deputat Laburista Silvio Parnis irrikonoxxa li hawn nies li qed jispiċċaw imkeċċijin mill-postijiet li kienu qed jgħixu fihom b'kirja.

    Huwa wissa li jekk mhux se jkollna din il-liġi se jkollna iktar nies jgħixu barra u każini jagħlqu waqt li iddeskriviha bħala l-iktar liġi soċjali li ressaqna fil-Parlament.

    Id-deputata Nazzjonalista Marthese Portelli ssuġġeriet li l-Gvern jipprovdi l-proprjetajiet lill-każini tal-banda u jikkumepnsa lis-sid bi proprjetajiet oħra.

    Portelli saħqet li huwa inġust li sid privat jagħmel tajjeb għal nuqqasijiet min-naħa tal-Gvern u rrimarkat li min hu batut b'din il-liġi se nsallbuh u bejn is-sidien se ssir diskriminazzjoni.

    Id-deputat Laburista Robert Abela iddeskriva l-emendi f'din il-liġi bħala innovattivi fejn jidħlu l-każini tal-banda.

    Huwa rrimarka li l-bżonnijiet soċjali tal-lum inbidlu mis-snin imgħoddija u saħaq li l-emendi jindirizzaw ir-realtajiet soċjali tal-lum.

    Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li huwa jaqbel ma' din il-liġi madankollu sostna li jeħtieġ isiru xi emendi.

    Huwa semma li l-liġi taħseb għal każini tal-banda li ilhom jeżistu 50 sena meta hemm każin li għandu 30 sena li hemm bżonn jiġi mgħejjun ukoll.

    Id-deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia qal li huwa jaqbel mal-liġi madankollu staqsa għaliex il-Gvern eskluda l-għaqdiet kulturali.

    Huwa rrimarka li hemm għaqdiet bħal tal-armar u tal-logħob tan-nar li jistgħu jispiċċaw bla post u appella biex ikunu koperti wkoll fil-liġi.

    Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ukoll faħħar din il-liġi fejn dwar il-housing qal li anke kieku ġew allokati binjiet għal dan l-iskop matul is-snin xorta din kienet se tibqa' problema.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0