inewsmalta.com



“Pa, għada ma rridx immur skola” … Missier tifel ibbuljat iwassal biex il-ministeru jintervjeni

  • Ġun 14, 2018 08:17
  • Miktub minn iNews

    Missier imweġġa' u rrabjat minħabba li ibnu ta' sitt snin qed jiġi ibbuljat minn studenti oħra rrikorra għall-Facebook biex jesprimi l-frustrazzjoni tiegħu u ta' ġenituri oħra li wliedhom qed jiġu ibbuljati minn oħrajn.

    Fuq l-imsemmi sit soċjali, il-missier tella' ritratt ta' wiċċ ibnu bil-ħmura kkawżata mid-daqqa ta' ħarta evidenti.

    Miegħu tella' dan il-kumment: “ilni nissaporti però issa nqabeż kull limitu. Dan ir-ritratt juri wiċċ it-tifel b'daqqa ta' ħarta li qala sigħat ilu fl-iskola primarja ta' (isem l-iskola) mingħand student ieħor. Nassigurakom li dan mhux każ iżolat ta' bullying pero qisu mhu jiġri xejn. Qed nistenna li l-awtoritajiet konċernati jieħdu l-passi kollha meħtieġa għax minn issa 'l quddiem miniex ħa nibqa' sieket!”.

    Dan il-ġurnal ikkuntattja lill-missier fejn qalilna li wara dak li tella fuq Facebook kien avviċinat mill-Prinċipal tal-kulleġġ li tagħmel parti minnu l-iskola fejn jattendi t-tifel.

    Il-Prinċipal stiednu biex il-Ħamis filgħodu jiltaqgħu ħa jiddiskutu l-każ bil-missier jagħmililu ċara li mhux ibnu biss qed jiġi ibbuljat imma anke tfal oħra u li min qed jagħmel il-bullying mhux tifel wieħed biss imma subien u bniet.

    Il-missier żied li l-Prinċipal wiegħed li se jieħu passi dwar dan il-bullying li ilu għaddej tul din is-sena skolastika sakemm issa t-tifel qal lil missieru “Pa, għada ma rridx immur skola”.

    Huwa għamililna ċara li ma jridx li jsir 'show' bit-tfal li qed jikkawżaw l-ibbuljar għax bħala t-tfal 'bullied' għandhom problema anke huma għandhom bżonn l-għajnuna u jekk ma tingħatalhomx għada pitgħada jafu jispiċċaw isiru kriminali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook